+Artikolu 46 Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2
---+Artikolu 46 3
---+Artikolu 46 4
---+Artikolu 46 5
---+Artikolu 46 6
---+Artikolu 46 7

Artikolu 46 Parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1

1.   Il-parteċipazzjoni fil-mekkaniżmu ta’ aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali għandha tkun miftuħa għall-impriżi tal-gass naturali u għall-impriżi li jikkonsmaw il-gass naturali stabbiliti fl-Unjoni fuq bażi nondiskriminatorja. Tali impriżi għandhom jiġu preklużi milli jipparteċipaw bħala fornituri, produtturi u xerrejja, jekk ikunu:

(a)

soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 TUE jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, li jikkonsistu fi projbizzjoni li jsiru disponibbli jew li jiġu ttrasferiti fondi jew riżorsi ekonomiċi jew li jiġu pprovduti finanzjament jew assistenza finanzjarja lilhom direttament jew indirettament, jew f’iffriżar tal-assi; jew

(b)

proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.

Artikolu 46 2

2.   Għandhom jiġu stabbiliti obbligi kuntrattwali biex jiġi żgurat li l-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma ssir disponibbli, direttament jew indirettament, lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi, jew għall-benefiċċju tagħhom, li jkunu:

(a)

soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati skont l-Artikolu 29 tat-TUE jew l-Artikolu 215 tat-TFUE, li jikkonsistu fi projbizzjoni li jsiru disponibbli jew li jiġu ttrasferiti fondi jew riżorsi ekonomiċi jew li jiġu pprovduti finanzjament jew assistenza finanzjarja lilhom direttament jew indirettament, jew f’iffriżar tal-assi; jew

(b)

proprjetà ta’ jew ikkontrollati direttament jew indirettament minn, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal tali miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew li jaġixxu f’isimhom jew bid-direzzjoni tagħhom.

Artikolu 46 3

3.   L-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass naturali stabbiliti fil-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jipparteċipaw fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali dment li jkunu ġew stabbiliti l-miżuri jew l-arranġamenti meħtieġa biex jippermettu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali skont din it-Taqsima.

Artikolu 46 4

4.   L-impriżi tal-gass naturali u l-impriżi li jikkonsmaw il-gass naturali li jipparteċipaw fl-aggregazzjoni tad-domanda jistgħu, fuq bażi trasparenti, jikkoordinaw elementi tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt tax-xiri jew jużaw kuntratti ta’ xiri konġunt sabiex jiksbu kundizzjonijiet aħjar mal-fornituri tagħhom, dment li jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni, inkluż id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE.

Artikolu 46 5

5.   Il-parteċipanti fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni jew lill-fornitur ta’ servizzi rilevanti, kif xieraq, l-elementi li ġejjin tal-kuntratti konklużi:

(a)

il-volum;

(b)

il-kontropartijiet;

(c)

id-durata.

Artikolu 46 6

6.   Il-parteċipanti fil-mekkaniżmu għall-aggregazzjoni tad-domanda u x-xiri konġunt tal-gass naturali jistgħu jirrapportaw lill-Kummissjoni jew lill-fornitur ta’ servizzi rilevanti, kif xieraq, jekk it-tqabbil u l-proċedura ta’ offerti ma rriżultawx fil-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ provvista.

Artikolu 46 7

7.   Ir-riċevitur tal-informazzjoni rrapportata skont il-paragrafi 5 u 6 għandu jiżgura li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun strettament limitat għall-fornitur ta’ servizzi u għas-servizzi tal-Kummissjoni li għalihom huwa assolutament meħtieġ li jkollhom l-informazzjoni disponibbli. Tali informazzjoni għandha tiġi ġestita bil-kunfidenjalità dovuta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.