6. Fornitur tas-servizzi tas-CNS, tal-AIS, tal-ADS, tal-MET jew tat-traffiku tal-ajru għall-kontroll tal-ajrudrom jew għall-kontroll tal-avviċinament jista’ jintgħażel biss u, jekk adatt, jiġi ddeżinjat biex jipprovdi servizzi fi Stat Membru bħala riżultat ta’ akkwist skont il-paragrafi 1, 2 jew 3, bil-kundizzjoni li jkun konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
(a)
|
ikollu ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 jew dikjarazzjoni valida skont l-Artikolu 41(5) tar-Regolament (UE) 2018/1139, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(4) ta’ dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
ikollu l-post tan-negozju prinċipali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru;
|
|
(c)
|
aktar minn 50 % tiegħu jkun jappartjeni lill-Istati Membri jew liċ-ċittadini tal-Istati Membri u huwa effettivament ikkontrollat minnhom, kemm direttament jew indirettament permezz ta’ impriża intermedja waħda jew aktar, għajr jekk previst fi ftehim ma’ pajjiż terz li l-Unjoni tkun parti għalih; u
|
|
(d)
|
jikkonforma ma’ rekwiżiti tas-sigurtà u tad-difiża nazzjonali.
|
B’deroga minn dan il-paragrafu, fornitur ta’ servizzi globali bis-satellita li jkun ingħata ċertifikat skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2018/1139 biex jipprovdi servizzi fi ħdan l-Unjoni qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jista’ jintgħażel biex jipprovdi servizzi fl-Unjoni anki jekk ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (b) u (c).