1. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet ta’ prestazzjoni adottati msemmija fl-Artikolu 23, inkluż il-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, f’konformità mal-kriterji u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 28, il-punt (b), u l-allokazzjoni tal-kostijiet komuni bejn is-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u fit-terminal skont il-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 21(4), il-punt (l). Il-valutazzjoni tal-konsistenza tal-miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route mal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha għandha tqis it-titjib fil-prestazzjoni maż-żmien. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-miri ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal fid-dawl tal-elementi speċifikati fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 28, il-punt (b).