4. Il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ma għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet ċivili u militari b’mod partikolari f’konformità mal-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru. Il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet elenkati fil-paragrafi 2 għandhom ikunu ta’ natura purament operazzjonali jew teknika u għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri.