+Artikolu 37 Funzjonijiet tan-network
---+Artikolu 37 1
---+Artikolu 37 2
---+Artikolu 37 3
---+Artikolu 37 4
---+Artikolu 37 5

Artikolu 37 Funzjonijiet tan-network

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1

1.   Il-funzjonijiet tan-network tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għandhom iwasslu għall-użu sostenibbli u effiċjenti tal-ispazju tal-ajru u tar-riżorsi skarsi. Għandhom jiżguraw ukoll li l-utenti tal-ispazju tal-ajru jistgħu joperaw trajettorji u profili tat-titjir ottimizzati għall-ambjent u għall-klima filwaqt li jippermettu aċċess ġust u raġonevoli għall-ispazju tal-ajru u għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u jimminimizzaw il-konġestjoni. Il-funzjonijiet tan-network stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jappoġġaw l-aċċess bla xkiel għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru mill-utenti tal-ispazju tal-ajru kif ukoll il-kisba tal-miri ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha, imsemmija fl-Artikolu 21(3), il-punt (b), u għandhom ikunu bbażati fuq rekwiżiti operazzjonali. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-funzjonijiet tan-network għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1, u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għas-sovranità tal-Istati Membri fuq l-ispazju tal-ajru tagħhom u għar-rekwiżiti tagħhom fir-rigward tal-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika u kwistjonijiet ta’ difiża.

Artikolu 37 2

2.   Il-funzjonijiet tan-network imsemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)

it-tfassil u l-utilizzazzjoni tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru madwar l-Unjoni bil-ħsieb li jiġi offrut il-livell meħtieġ ta’ sikurezza, kapaċità, flessibbiltà, rispons, prestazzjoni ambjentali, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtiġijiet tas-sigurtà u d-difiża u mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tar-rotot u l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru għall-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom;

(b)

ATFM;

(c)

il-koordinazzjoni tar-riżorsi skarsi fil-meded ta’ frekwenzi tal-avjazzjoni użati mit-traffiku tal-ajru ġenerali, b’mod partikolari l-frekwenzi tar-radju kif ukoll il-koordinazzjoni tal-kodiċijiet tar-radar transponder;

(d)

l-iffaċilitar tad-delega tal-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru b’kooperazzjoni mal-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;

(e)

il-forniment ta’ kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fin-network f’konformità mal-impenji stipulati fl-NOP, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-network u l-valuri referenzjarji lokali;

(f)

il-ġestjoni ta’ kriżijiet tan-network;

(g)

l-allokazzjoni tad-dewmien tal-ATFM;

(h)

il-ġestjoni tal-ippjanar, il-monitoraġġ u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni tal-applikazzjoni tal-infrastruttura fin-network Ewropew għall-ATM, f’konformità mal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operazzjonali u l-proċeduri operazzjonali assoċjati;

(i)

il-monitoraġġ tal-funzjonament tal-infrastruttura tan-network Ewropew għall-ATM.

Artikolu 37 3

3.   L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati operazzjonali rilevanti kollha għandhom iwettqu funzjonijiet tan-network bil-kontribut tal-Maniġer tan-Network kif definiti fl-Artikolu 38(6) u l-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 38(10).

Artikolu 37 4

4.   Il-funzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ma għandhomx jinvolvu l-adozzjoni ta’ miżuri vinkolanti ta’ ambitu ġenerali jew l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni politika. Dawn għandhom jitwettqu f’koordinazzjoni mal-awtoritajiet ċivili u militari b’mod partikolari f’konformità mal-proċeduri miftiehma li jikkonċernaw l-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru. Il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet elenkati fil-paragrafi 2 għandhom ikunu ta’ natura purament operazzjonali jew teknika u għandhom iqisu l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri.

Artikolu 37 5

5.   Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha tadotta, bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, atti ta’ implimentazzjoni, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(3), li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar l-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tan-network, inkluż dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.