+Artikolu 38 6

Artikolu 38 6

6.   Mal-applikazzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Maniġer tan-Network għandu jikkontribwixxi, fil-limiti tal-Artikolu 37(4), għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network permezz tal-kompiti li ġejjin:

(a)

l-istabbiliment tal-Pjan Operattiv għan-Network u t-tħejjija tal-Pjan Strateġiku għan-Network;

(b)

l-appoġġ għad-disinn u l-koordinazzjoni tal-utilizzazzjoni tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru;

(c)

l-iffaċilitar tad-delega tal-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, meta approvat mill-Istat Membru kkonċernat, permezz ta’ appoġġ lill-Istati Membri u l-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru kkonċernati b’kont meħud tal-ftehimiet neċessarji għall-koordinazzjoni tat-traffiku tal-ajru ġenerali u operazzjonali u l-ħtieġa li tinżamm koordinazzjoni xierqa fl-istrutturi tal-ispazju tal-ajru rilevanti;

(d)

il-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-forniment ta’ kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru fin-network f’konformità mal-impenji stipulati fl-NOP, bil-ħsieb li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-prestazzjoni operazzjonali tan-network u l-valuri referenzjarji lokali;

(e)

il-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-ġestjoni ta’ kriżijiet tan-network;

(f)

il-koordinazzjoni tar-riżorsi skarsi fil-meded ta’ frekwenzi tal-avjazzjoni użati mit-traffiku tal-ajru ġenerali, b’mod partikolari l-frekwenzi tar-radju kif ukoll il-koordinazzjoni tal-kodiċijiet tar-radar transponder;

(g)

il-koordinazzjoni tal-ATFM u l-forniment, l-organizzazzjoni u t-tħaddim tal-unità ċentrali tal-ATFM;

(h)

l-iżvilupp ta’ proċeduri u l-organizzazzjoni ta’ proċessi għall-attribuzzjoni tad-dewmien tal-ATFM permezz ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv;

(i)

il-koordinazzjoni, il-monitoraġġ u l-appoġġ fl-attivitajiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni tal-varar tal-infrastruttura fin-network Ewropew tal-ATM bi sħubija mal-partijiet ikkonċernati operazzjonali biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-ġestjoni u l-governanza;

(j)

il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-infrastruttura tan-Network Ewropew għall-ATM;

(k)

il-koordinazzjoni mal-ICAO u r-reġjuni tal-ICAO b’rabta mat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network;

(l)

l-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma u l-baġit tal-Maniġer tan-Network;

(m)

il-forniment ta’ data dwar il-pjanijiet tat-titjir b’rabta mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) jew ma’ miżuri oħra tas-sikurezza u s-sigurtà, u permezz ta’ kwalunkwe kompitu ieħor meħtieġ u intrinsikament marbut mal-kontribut tal-Maniġer tan-Network għat-twettiq tal-funzjonijiet tan-network, kif speċifikat fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 10.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.