|
+Artikolu 3 |
Artikolu 3Artikolu 3 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“trasportatur bl-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(2)
“titjira barra l-UE” tfisser kwalunkwe titjira barra l-UE kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(3)
“titjira intra-UE” tfisser kwalunkwe titjira intra-UE kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(4)
“titjira skedata” tfisser titjira skedata kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2025/12;
(5)
“titjira mhux skedata” tfisser titjira kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2025/12;
(6)
“passiġġier” tfisser kwalunkwe passiġġier kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(7)
“ekwipaġġ” tfisser kwalunkwe persuna abbord inġenju tal-ajru waqt it-titjira, għajr passiġġier, li taħdem fuq l-inġenju tal-ajru jew toperah, inklużi l-ekwipaġġ tat-titjira u l-ekwipaġġ tal-kabina;
(8)
“informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri” jew “data tal-API” tfisser id-data u l-informazzjoni dwar it-titjira kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (3) rispettivament;
(9)
“data oħra tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri” jew “data oħra tal-PNR” tfisser ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2016/681, kif elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punt 18 ta’ dak l-Anness;
(10)
“unità ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri” jew “PIU” tfisser l-unità ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri, kif tinsab fin- notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-modifiki tagħhom ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(11)
“reati terroristiċi” tfisser reati terroristiċi kif imsemmi fl-Artikoli minn 3 sa 12 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(12)
“kriminalità serja” tfisser kriminalità serja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9) tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(13)
“ir-router” tfisser ir-router kif msemmi fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2025/12;
(14)
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, u l-Artikolu 4, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2016/679;
(15)
“data dwar it-traffiku tat-titjiriet f’ħin reali” tfisser informazzjoni dwar it-traffiku ta’titjiriet ġejjin u sejrin minn ajruport koperti minn dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|