+KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1
---+Artikolu 2
---+Artikolu 3
|
KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
KAPITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1
|
Artikolu 1
Għall-fini tal-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja, dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar:
(a)
il-ġbir mit-trasportaturi bl-ajru ta’ data ta’ informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri (“API” - advance passenger information) dwar titjiriet barra l-UE u titjiriet intra-UE;
(b)
it-trasferiment tad-data tal-API u data oħra tal-PNR mit-trasportaturi bl-ajru lir-router;
(c)
it-trażmissjoni tal-API u data oħra tal-PNR mir-router lill-unitajiet ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri (“PIUs”- passenger information units) tad-data dwar titjiriet barra l-UE u titjiriet intra-UE magħżula.
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680.
|
|
Artikolu 2
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament japplika għat-trasportaturi bl-ajru li jwettqu:
(b)
titjiriet intra-UE li jitilqu mit-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed, jaslu fih jew jagħmlu waqfa fihli jkun innotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu li japplika d-Direttiva (UE) 2016/681 għal titjiriet intra-UE skont l-Artikolu 2(1) ta’ dik id-Direttiva.
|
|
Artikolu 3
|
Artikolu 3
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“trasportatur bl-ajru” tfisser trasportatur bl-ajru kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(2)
“titjira barra l-UE” tfisser kwalunkwe titjira barra l-UE kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (2), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(3)
“titjira intra-UE” tfisser kwalunkwe titjira intra-UE kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (3), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(4)
“titjira skedata” tfisser titjira skedata kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2025/12;
(5)
“titjira mhux skedata” tfisser titjira kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2025/12;
(6)
“passiġġier” tfisser kwalunkwe passiġġier kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4), tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(7)
“ekwipaġġ” tfisser kwalunkwe persuna abbord inġenju tal-ajru waqt it-titjira, għajr passiġġier, li taħdem fuq l-inġenju tal-ajru jew toperah, inklużi l-ekwipaġġ tat-titjira u l-ekwipaġġ tal-kabina;
(8)
“informazzjoni bil-quddiem dwar il-passiġġieri” jew “data tal-API” tfisser id-data u l-informazzjoni dwar it-titjira kif imsemmija fl-Artikolu 4(2) u (3) rispettivament;
(9)
“data oħra tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri” jew “data oħra tal-PNR” tfisser ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tad-Direttiva (UE) 2016/681, kif elenkat fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, bl-eċċezzjoni tal-punt 18 ta’ dak l-Anness;
(10)
“unità ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri” jew “PIU” tfisser l-unità ta’ informazzjoni dwar il-passiġġieri, kif tinsab fin- notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni u l-modifiki tagħhom ippubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(11)
“reati terroristiċi” tfisser reati terroristiċi kif imsemmi fl-Artikoli minn 3 sa 12 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
1
);
(12)
“kriminalità serja” tfisser kriminalità serja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (9) tad-Direttiva (UE) 2016/681;
(13)
“ir-router” tfisser ir-router kif msemmi fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2025/12;
(14)
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, u l-Artikolu 4, il-punt (1) tar-Regolament (UE) 2016/679;
(15)
“data dwar it-traffiku tat-titjiriet f’ħin reali” tfisser informazzjoni dwar it-traffiku ta’titjiriet ġejjin u sejrin minn ajruport koperti minn dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|