+Artikolu 12 1

Artikolu 12 1

1.   Mit-12 ta’ Awwissu 2028 jew 24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-paragrafi 6 jew 7 ta' dan l-Artikolu, skont liema tiġi l-aħħar, l-imballaġġ imqiegħed fis-suq għandu jiġi mmarkat b'tikketta armonizzata li jkun fiha informazzjoni dwar il-kompożizzjoni materjali tiegħu sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur. It-tikketta għandha tkun ibbażata fuq pittogrammi u tkun tinftiehem faċilment, inkluż għall-persuni b'diżabbiltà. Għall-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(1) u, fejn applikabbli, l-imballaġġ imsemmi fl-Artikolu 9(2), it-tikketta għandha tindika li l-materjal huwa kompostabbli, li mhuwiex adatt għall-ikkompostjar domestiku, u li l-imballaġġ kompostabbli ma għandux jintrema fin-natura. Bl-eċċezzjoni tal-imballaġġ tal-kummerċ elettroniku, dan l-obbligu ma japplikax għall-imballaġġ għat-trasport jew għall-imballaġġ li huwa soġġett għal sistema ta' rifużjoni tad-depożitu.

L-imballaġġ imqiegħed fis-suq li jkun fih sustanzi ta’ tħassib għandu jiġi mmarkat permezz ta’ teknoloġiji standardizzati, miftuħa u tal-immarkar diġitali f’konformità mal-metodoloġija msemmija fil-paragrafu 7, it-tieni subparagrafu.

Flimkien mat-tikketta armonizzata msemmija f'dan il-paragrafu, operaturi ekonomiċi jistgħu jqiegħdu kodiċi QR jew tip ieħor ta' mezz tad-data standardizzat, miftuħ u diġitali, fuq l-imballaġġ li jkun fih informazzjoni dwar id-destinazzjoni ta' kull komponent separat tal-imballaġġ sabiex tiġi ffaċilitata s-separazzjoni mill-konsumatur.

L-imballaġġ li huwa soġġett għas-sistema ta' rifużjoni tad-depożitu kif imsemmija fl-Artikolu 50(1) għandu jiġi mmarkat b'tikketta ċara u mhux ambigwa. Minbarra t-tikketta nazzjonali, l-imballaġġ jista' jiġi mmarkat b'tikketta bil-kulur armonizzata stabbilita fl-att ta' implimentazzjoni rilevanti adottat skont il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-imballaġġ li huwa soġġett għal sistemi ta' rifużjoni tad-depożitu jiġi mmarkat b'dik it-tikketta bil-kulur armonizzata, dment li dan ma jwassalx għal distorsjonijiet fis-suq intern jew ostakli għall-kummerċ għall-prodotti minn Stati Membri oħra.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.