1. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1), li jistabbilixxu l-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa. Tali format għandu jintuża b’mod komuni, jinqara minn magna u jippermetti t-trażmissjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa bejn applikazzjonijiet ta’ software, apparati u fornituri tal-kura tas-saħħa differenti. Tali format għandu jappoġġa t-trażmissjoni ta’ data dwar is-saħħa strutturata u mhux strutturata u għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
is-settijiet ta’ data armonizzati li jkun fihom data elettronika dwar is-saħħa u strutturi ta’ definizzjoni, bħal oqsma tad-data u gruppi ta’ data għar-rappreżentazzjoni tal-kontenut kliniku u partijiet oħra tad-data elettronika dwar is-saħħa;
|
|
(b)
|
is-sistemi u valuri ta’ kodifikazzjoni li jridu jintużaw f’settijiet ta’ data li jkun fihom data elettronika dwar is-saħħa;
|
|
(c)
|
speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà għall-iskambju ta’ data elettronika dwar is-saħħa, inklużi r-rappreżentazzjoni tal-kontenut, l-istandards u l-profili tagħha.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).