+Artikolu 15 Format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
|
Artikolu 15 Format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Sas-26 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1), li jistabbilixxu l-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa. Tali format għandu jintuża b’mod komuni, jinqara minn magna u jippermetti t-trażmissjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa bejn applikazzjonijiet ta’ software, apparati u fornituri tal-kura tas-saħħa differenti. Tali format għandu jappoġġa t-trażmissjoni ta’ data dwar is-saħħa strutturata u mhux strutturata u għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
is-settijiet ta’ data armonizzati li jkun fihom data elettronika dwar is-saħħa u strutturi ta’ definizzjoni, bħal oqsma tad-data u gruppi ta’ data għar-rappreżentazzjoni tal-kontenut kliniku u partijiet oħra tad-data elettronika dwar is-saħħa;
|
|
(b)
|
is-sistemi u valuri ta’ kodifikazzjoni li jridu jintużaw f’settijiet ta’ data li jkun fihom data elettronika dwar is-saħħa;
|
|
(c)
|
speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabbiltà għall-iskambju ta’ data elettronika dwar is-saħħa, inklużi r-rappreżentazzjoni tal-kontenut, l-istandards u l-profili tagħha.
|
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 15 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha, permess ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi aġġornamenti regolari tal-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa biex tintegra r-reviżjonijiet rilevanti tas-sistemi u n-nomenklaturi tal-kodifikazzjoni tal-kura tas-saħħa. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi biex testendi l-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa għal kategoriji addizzjonali ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14(1), it-tielet subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 15 4
|
4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kategoriji ta’ prijorità ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 14 jinħarġu fil-format tal-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta tali data tiġi trażmessa b’mezzi awtomatizzati għall-użu primarju, il-fornitur riċeventi għandu jaċċetta l-format tad-data u jkun jista’ jaqraha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|