+Artikolu 19 2

Artikolu 19 2

2.   Kull awtorità tas-saħħa diġitali għandha tiġi fdata bil-kompiti u s-setgħat li ġejjin:

(a)

tiżgura l-implimentazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III billi tadotta s-soluzzjonijiet tekniċi nazzjonali, reġjonali jew lokali meħtieġa u billi tistabbilixxi regoli u mekkaniżmi rilevanti;

(b)

tiżgura li informazzjoni kompluta u aġġornata dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti f’dan il-Kapitolu u fil-Kapitolu III tkun disponibbli faċilment għall-persuni fiżiċi, għall-professjonisti tas-saħħa u għall-fornituri tal-kura tas-saħħa;

(c)

tinforza l-konformità tas-soluzzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, filwaqt bli jiġi żgurat li tali soluzzjonijiet tekniċi jikkonformaw ma’ dan il-Kapitolu, il-Kapitolu III u l-Anness II.

(d)

tikkontribwixxi fil-livell tal-Unjoni għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi li jippermettu lill-persuni fiżiċi u lill-professjonisti tas-saħħa li jeżerċitaw id-drittijiet u li jikkonformaw mal-obbligi tagħhom stabbiliti f’dan il-Kapitolu;

(e)

tiffaċilita l-eżerċitar tad-drittijiet skont dan il-Kapitolu għall-persuni b’diżabbiltà f’konformità mad-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31);

(f)

tissorvelja l-punti ta’ kuntatt nazzjonali għas-saħħa diġitali u tikkoopera ma’ awtoritajiet oħra tas-saħħa diġitali u mal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ulterjuri ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU);

(g)

tiżgura l-implimentazzjoni, fil-livell nazzjonali, tal-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati;

(h)

tikkontribwixxi fil-livell tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-format Ewropew għall-iskambju tar-rekords elettroniċi tas-saħħa għat-tfassil ta’ speċifikazzjonijiet komuni, f’konformità mal-Artikolu 36, li jindirizzaw il-kwalità, it-tħassib dwar l-interoperabbiltà, is-sigurtà, is-sikurezza, il-faċilità tal-użu, l-aċċessibbiltà, in-nondiskriminazzjoni jew it-tħassib dwar id-drittijiet fundamentali, u għat-tfassiltal-ispeċifikazzjonijiet tal-bażi tad-data tal-UE għar-reġistrazzjoni tas-sistemi ta’ EHR u l-applikazzjonijiet tal-benessri msemmija fl-Artikolu 49;

(i)

meta applikabbli, twettaq attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq f’konformità mal-Artikolu 43, filwaqt li tiżgura li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

(j)

tibni l-kapaċità nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti rigward l-interoperabbiltà u s-sigurtà tad-data elettronika dwar is-saħħa għall-użu primarju u tipparteċipa fl-iskambji ta’ informazzjoni u fl-attivitajiet ta’ bini tal-kapaċità fil-livell tal-Unjoni;

(k)

tikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, tipparteċipa fl-attivitajiet relatati mal-immaniġġjar tar-riskji ppreżentati mis-sistemi ta’ EHR u ta’ inċidenti serji u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ azzjoni korrettiva f’konformità mal-Artikolu 44;

(l)

tikkoopera ma’ entitajiet u korpi rilevanti oħra fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew tal-Unjoni, biex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, il-portabbiltà u s-sigurtà tad-data elettronika dwar is-saħħa;

(m)

tikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji f’konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 910/2014 u, (UE) 2016/679 u -Direttiva (UE) 2022/2555 (32) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra, inklużi dawk kompetenti għaċ-ċibersigurtà u għall-identifikazzjoni elettronika.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.