4. Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ sistema ta’ EHR. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, u mal-manifattur, l-importatur u, fejn applikabbli, mar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-sistema ta’ EHR tagħhom tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u ma’ kwalunkwe rekwiżit adottat skont l-Artikolu 42 jew biex isejħuhom lura jew jirtirawhom.