+Artikolu 33 Obbligi tad-distributuri
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4

Artikolu 33 Obbligi tad-distributuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   Qabel ma jagħmlu sistema ta’ EHR disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li:

(a)

il-manifattur ikun fassal id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE;

(b)

is-sistema ta’ EHR ikollha l-markatura tal-konformità CE;

(c)

is-sistema ta’ EHR tkun akkumpanjata mill-iskeda ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38 u minn struzzjonijiet ċari u kompluti għall-użu f’formati aċċessibbli;

(d)

fejn applikabbli, l-importatur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 32(3).

Artikolu 33 2

2.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, sakemm sistema ta’ EHR tkun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, is-sistema ta’ EHR ma tiġix mibdula b’tali mod li l-konformità tagħha mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u ma’ kwalunkwe rekwiżit adottat skont l-Artikolu 42 tkun ipperikolata.

Artikolu 33 3

3.   Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li sistema ta’ EHR ma tkunx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u ma’ kawlunkwe rekwiżit adottat skont l-Artikolu 42, dan ma għandux jagħmel dik is-sistemi ta’ EHR disponibbli fis-suq sakemm ma tkunx saret konformi. Id-distributur għandu jinforma dwar dan mingħajr dewmien bla bżonn lill-manifattur jew lill-importatur, kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn is-sistema ta’ EHR tkun saret jew tkun ser issir disponibbli fis-suq. Meta distributur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li sistema ta’ EHR tippreżenta riskju għas-saħħa jew is-sikurezza ta’ persuni fiżiċi, dan għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit id-distributur, kif ukoll lill-manifattur u lill-importatur.

Artikolu 33 4

4.   Id-distributuri għandhom, fuq talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità ta’ sistema ta’ EHR. Huma għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità, fuq talba tagħha, u mal-manifattur, l-importatur u, fejn applikabbli, mar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-sistema ta’ EHR tagħhom tinġieb f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u ma’ kwalunkwe rekwiżit adottat skont l-Artikolu 42 jew biex isejħuhom lura jew jirtirawhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.