3. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jieħdu l-miżuri xierqa u proporzjonati speċifiċi kollha, inklużi ta’ natura legali, organizzattiva u teknika, li jqisu meħtieġa biex jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, is-sigrieti kummerċjali jew id-dritt regolatorju tal-protezzjoni tad-data stabbilit mill-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2001/83/KE jew l-Artikolu 14(11) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jibqgħu responsabbli għad-determinazzjoni jekk tali miżuri humiex neċessaeji i xierqa;