2. Sabiex jappoġġjaw it-twettiq effettiv tal-kompiti u l-eżerċitar tas-setgħat tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jingħata l-elementi li ġejjin:
|
(a)
|
ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi meħtieġa;
|
|
(b)
|
l-għarfien espert meħtieġ; u
|
|
(c)
|
il-bini u l-infrastruttura meħtieġa.
|
Meta tkun meħtieġa valutazzjoni mill-korpi etiċi skont il-liġi nazzjonali, dawk il-korpi għandhom jagħmlu l-għarfien espert disponibbli għall-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi etiċi jifformaw parti mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.