+Artikolu 55 Korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
---+Artikolu 55 1
---+Artikolu 55 2
---+Artikolu 55 3
---+Artikolu 55 4
---+Artikolu 55 5
---+Artikolu 55 6

Artikolu 55 Korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 55 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw korp wieħed jew aktar tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 57, 58 u 59. L-Istati Membri jistgħu, jew jistabbilixxu korp ġdid wieħed jew diversi korpi tas-settur pubbliku jew jiddependu fuq korpi eżistenti tas-settur pubbliku jew fuq is-servizzi interni ta’ korpi tas-settur pubbliku li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 57 jistgħu jinqasmu bejn korpi differenti tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Meta Stat Membru jiddeżinja diversi korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, huwa għandu jidentifika korp wieħed tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa biex jaġixxi bħala koordinatur, b’responsabbiltà biex jikkoordina l-kompiti mal-korpi l-oħra tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa kemm fi ħdan it-territorju ta’ dak l-Istat Membru fi Stati Membri oħra.

Kull korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha. Għal dak il-għan, korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jikkooperaw ma’ xulxin mal-Kummissjoni, għal tħassib dwar il-protezzjoni tad-data, mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti.

Artikolu 55 2

2.   Sabiex jappoġġjaw it-twettiq effettiv tal-kompiti u l-eżerċitar tas-setgħat tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jingħata l-elementi li ġejjin:

(a)

ir-riżorsi umani, finanzjarji u tekniċi meħtieġa;

(b)

l-għarfien espert meħtieġ; u

(c)

il-bini u l-infrastruttura meħtieġa.

Meta tkun meħtieġa valutazzjoni mill-korpi etiċi skont il-liġi nazzjonali, dawk il-korpi għandhom jagħmlu l-għarfien espert disponibbli għall-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-korpi etiċi jifformaw parti mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.

Artikolu 55 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interess bejn il-partijiet organizzattivi ta’ korpi ta aċċess għal data dwar is-saħħa li jkunu qed iwettqu l-kompiti differenti tali korpi billi, pereżempju, jipprovdu għall-salvagwardji organizzazzjonali bħas-segregazzjoni bejn il-funzjonijiet differenti tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, inkluż il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet, ir-riċeviment u t-tħejjija ta’ settijiet tad-data, pereżempju, il-psewdonimizzazzjoni u l-anonimizzazzjoni ta’ settijiet tad-data, u, il-proviżjonament tad-data f’ambjenti tal-ipproċessar siguri.

Artikolu 55 4

4.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jikkooperaw b’mod attiv mar-rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, speċjalment mar-rappreżentanti tal-pazjenti, tad-detenturi tad-data dwar is-saħħa u tal-utenti tad-data dwar is-saħħa u għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess.

Artikolu 55 5

5.   Fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċitar tas-setgħat tagħhom, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jevitaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess. Il-persunal tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandhom jaġixxu fl-interess pubbliku u b’mod indipendenti.

Artikolu 55 6

6.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-identità tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa ddeżinjati skont il-paragrafu 1 sas-26 ta’ Marzu 2027. Huma għandhom jinformaw ukoll lill-Kummissjoni kwalunkwe modifika sussegwenti tal-identità ta’ dawk il-korpi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.