+Artikolu 61 4

Artikolu 61 4

4.   L-utenti tad-data għandhom jippubblikaw ir-riżultati jew l-output tal-użu sekondarju, inkluża l-informazzjoni rilevanti għall-forniment tal-kura tas-saħħa, fi żmien 18-il xahar mit-tlestija tal-ipproċessar tad-data elettronika dwar is-saħħa elettronika fl-ambjent tal-ipproċessar sigur jew mill-wasla tar-rispons għat-talba għad-data dwar is-saħħa msemmija fl-Artikolu 69.

F’każijiet ġustifikati relatati mal-għanijiet permessi tal-ipproċessar ta’ data elettronika dwar is-saħħa, il-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi estiż mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, b’mod partikolari f’każijiet fejn ir-riżultat jiġi ppubblikat f’ġurnal xjentifiku jew pubblikazzjoni xjentifika oħra.

Ir-riżultati jew l-output ta’ użu sekondarju għandu jkun fihom biss data anonimizzata.

L-utenti tad-data dwar is-saħħa għandhom jinformaw lill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa li minnhom ikun inkiseb permess tad-data dwar dawk ir-riżultati jew l-output ta’ użu sekondarju u jgħinuhom biex jippubblikaw dik l-informazzjoni fuq is-siti web tal-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa. Tali pubblikazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-pubblikazzjoni f’ġurnali xjentifiċi jew pubblikazzjonijiet xjentifiċi oħra.

Meta utenti tad-data jużaw data elettronika dwar is-saħħa f’konformità ma’ dan il-Kapitolu, huma għandhom jirrikonoxxu s-sorsi tad-data elettronika dwar is-saħħa u l-fatt li d-data elettronika dwar is-saħħa tkun inkisbet fil-qafas tal-EHDS.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.