4. Fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità minn detenturi tad-data dwar is-saħħa, meta detentur tad-data dwar is-saħħa jżomm id-data elettronika dwar is-saħħa mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bl-intenzjoni ċara li jfixkel l-użu tad-data elettronika dwar is-saħħa, jew ma jirrispettax l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 60(2), il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkollu s-setgħa li jimmulta lid-detentur tad-data dwar is-saħħa għal kull jum ta’ dewmien bi ħlas perjodiku tal-penali, li għandhom ikunu trasparenti u proporzjonati. L-ammont tal-multi għandu jiġi stabbilit mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa f’konformità mal-liġi nazzjonali. F’każ ta’ ksur ripetut mid-detentur tad-data dwar is-saħħa tal-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, dak il-korp jista’ jeskludi jew jibda proċedimenti biex jeskludi, f’konformità mal-liġi nazzjonali, lid-detentur tad-data dwar is-saħħa kkonċernat milli jissottometti applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont danil-Kapitolu għal perjodu sa 5 snin. Matul il-perjodu ta’ dik l-esklużjoni, id-detentur tad-data dwar is-saħħa, jibqa’ obbligat li jagħmel id-data aċċessibbli skont dan il-Kapitolu, fejn applikabbli.