+Artikolu 63 Infurzar mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
---+Artikolu 63 1
---+Artikolu 63 2
---+Artikolu 63 3
---+Artikolu 63 4
---+Artikolu 63 5
---+Artikolu 63 6
---+Artikolu 63 7
---+Artikolu 63 8
|
Artikolu 63 Infurzar mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 63 1
|
1. Meta jwettqu l-kompiti ta’ monitoraġġ u superviżorji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 57(1), il-punt (a)(ii), korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-utenti tad-data dwar is-saħħa u mild-detenturi tad-data dwar is-saħħa biex jivverifikaw il-konformità ma’ dan il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 63 2
|
2. Meta l-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jsibu li utent tad-data dwar is-saħħa jew detentur tad-data dwar is-saħħa ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan il-Kapitolu, huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-utent tad-data dwar is-saħħa jew lid-detentur tad-data dwar is-saħħa b’dawk is-sejbiet u jieħdu miżuri xierqa. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa kkonċernat għandu jagħti lill-utent tad-data dwar is-saħħa jew lid-detentur tad-data dwar is-saħħa kkonċernat l-opportunità li jiddikjaraw il-fehmiet tagħhom fi żmien raġonevoli li ma għandux jaqbeż l-erba’ ġimgħat.
Meta s-sejba ta’ nuqqas ta’ konformità tikkonċerna ksur possibbli tar-Regolament (UE) 2016/679, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa kkonċernat għandu jinforma immedjatament lill-awtoritajiet superviżorji skont dak ir-Regolament u jipprovdihom bl-informazzjoni rilevanti kollha li tikkonċerna din is-sejba.
|
|
Artikolu 63 3
|
3. Fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità minn utenti tad-data dwar is-saħħa, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkollhom is-setgħa li jirrevokaw il-permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68 u jwaqqfu mingħajr dewmien żejjed l-operazzjoni tal-ipproċessar tad-data elettronika dwar is-saħħa affettwata mwettqa mill-utent tad-data dwar is-saħħa, u għandhom jieħdu miżuri xierqa u proporzjonati mmirati biex jiżguraw proċessar konformi mill-utent tad-data dwar is-saħħa.
Bħala parti minn tali miżuri ta’ infurzar, il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jistgħu wkoll, fejn xieraq, jeskludu jew jibdew proċedimenti sabiex jeskludu, f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-utent tad-data dwar is-saħħa kkonċernat kwalunkwe aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa fi ħdan l-EHDS fil-kuntest tal-użu sekondarju għal perjodu sa ħames snin.
|
|
Artikolu 63 4
|
4. Fir-rigward ta’ nuqqas ta’ konformità minn detenturi tad-data dwar is-saħħa, meta detentur tad-data dwar is-saħħa jżomm id-data elettronika dwar is-saħħa mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa bl-intenzjoni ċara li jfixkel l-użu tad-data elettronika dwar is-saħħa, jew ma jirrispettax l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 60(2), il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jkollu s-setgħa li jimmulta lid-detentur tad-data dwar is-saħħa għal kull jum ta’ dewmien bi ħlas perjodiku tal-penali, li għandhom ikunu trasparenti u proporzjonati. L-ammont tal-multi għandu jiġi stabbilit mill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa f’konformità mal-liġi nazzjonali. F’każ ta’ ksur ripetut mid-detentur tad-data dwar is-saħħa tal-obbligu ta’ kooperazzjoni mal-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa, dak il-korp jista’ jeskludi jew jibda proċedimenti biex jeskludi, f’konformità mal-liġi nazzjonali, lid-detentur tad-data dwar is-saħħa kkonċernat milli jissottometti applikazzjonijiet għall-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont danil-Kapitolu għal perjodu sa 5 snin. Matul il-perjodu ta’ dik l-esklużjoni, id-detentur tad-data dwar is-saħħa, jibqa’ obbligat li jagħmel id-data aċċessibbli skont dan il-Kapitolu, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 63 5
|
5. Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jikkomunika l-miżuri ta’ infurzar meħuda skont il-paragrafi 3 u 4, u r-raġunijiet li fuqhom huma bbażati, lill-utent tad-data dwar is-saħħa jew lid-detentur tad-data dwar is-saħħa kkonċernat, mingħajr dewmien, u għandu jistabbilixxi perjodu raġonevoli għall-utent tad-data dwar is-saħħa jew għad-detentur tad-data dwar is-saħħa biex jikkonforma ma’ dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 63 6
|
6. Kwalunkwe miżura ta’ infurzar meħuda minn korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa skont il-paragrafu 3 għandha tiġi nnotifikata lil korpi oħra tal-aċċess għad-data permezz tal-għodda tal-IT msemmija fil-paragrafu 7. Il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jistgħu jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament fuq is-siti web tagħhom.
|
|
Artikolu 63 7
|
7. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-arkitettura ta’ għodda tal-IT, bħala parti mill-infrastruttura DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) imsemmija fl-Artikolu 75, bl-għan li tappoġġa u li tagħmeltrasparenti għal korpi ta’ aċċess għal data dwar is- saħħa l-miżuri ta’ infurzar imsemmija f’d l-Artikolu, speċjalment pagamenti perjodiċi tal-penali, l-irtirar ta’ permess tad-data u l-esklużjonijiet. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 98(2).
|
|
Artikolu 63 8
|
8. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida, sas-26 ta’ Marzu 2032, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Bord tal-EHDS, dwar miżuri ta’ infurzar inklużi pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri oħra li għandhom jiġu meħuda mill-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|