+Artikolu 74 Kontroll
---+Artikolu 74 1
---+Artikolu 74 2
---+Artikolu 74 3

Artikolu 74 Kontroll

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 74 1

1.   Id-detentur tad-data dwar is-saħħa għandu jitqies bħala kontrollur għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ data elettronika personali dwar is-saħħamitluba skont l-Artikolu 60(1)lill-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa.

Il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jitqies bħala kontrollur għall-ipproċessar tad-data elettronika personali dwar is-saħħa meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament.

Minkejja t-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-korp tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa għandu jitqies li jaġixxi bħala proċessur f’isem l-utent tad-data dwar is-saħħa li jaġixxi bħala kontrollur għall-ipproċessar ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa skont permess tad-data maħruġ skont l-Artikolu 68 fl-ambjent tal-ipproċessar sigur meta jipprovdi data permezz ta’ tali ambjent għall-ipproċessar ta’ tali data skont talba għad-data dwar is-saħħa approvata skont l-Artikolu 69 biex jiġi ġġenerat rispons

Artikolu 74 2

2.   Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 72(6), id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għandu jitqies bħala kontrollur għall-ipproċessar tiegħu ta’ data elettronika personali dwar is-saħħa relatata mal-forniment ta’ data elettronika dwar is-saħħa lill-utent tad-data dwar is-saħħa skont permess tad-data jew talba għad-data dwar is-saħħa. Id-detentur tad-data dwar is-saħħa affidabbli għandu jitqies li jaġixxi bħala proċessur f’isem l-utent tad-data dwar is-saħħa meta jipprovdi data permezz ta’ ambjent tal-ipproċessar sigur.

Artikolu 74 3

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi mudell għall-ftehimiet bejn il-kontrolluri u l-proċessuri skont il-paragrafu (1) u (2) ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 98(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.