+Artikolu 96 Rwoli u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-EHDS
---+Artikolu 96 1
---+Artikolu 96 2
---+Artikolu 96 3

Artikolu 96 Rwoli u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament tal-EHDS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 96 1

1.   Minbarra r-rwol tagħha li tqiegħed għad-dispożizzjoni data elettronika dwar is-saħħa miżmuma mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji jew l-aġenziji tal-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli 55, l-Artikolu 56, u l-Artikolu 75(2) u l-kompiti tagħha skont il-Kapitolu III, b’mod partikolari l-Artikolu 40, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm, tospita u topera l-infrastrutturi u s-servizzi ċentrali meħtieġa biex jappoġġaw il-funzjonament tal-EHDS, għall-l-entitajiet ikkollegati rilevanti kollha permezz ta’:

(a)

mekkaniżmu interoperabbli u transkonfinali ta’ identifikazzjoni u awtentikazzjoni għall-persuni fiżiċi u għall-professjonisti tas-saħħa, f’konformità mal-Artikolu 16(3) u (4);

(b)

is-servizzi u l-infrastrutturi ċentrali għas-saħħa diġitali ta’ Saħħti@UE (MyHealth@EU), f’konformità mal-Artikolu 23(1);

(c)

verifiki tal-konformità għall-kollegament tal-parteċipanti awtorizzati ma’ Saħħti@UE (MyHealth@EU), f’konformità mal-Artikolu 23(9);

(d)

is-servizzi u l-infrastrutturi tas-saħħa diġitali transkonfinali supplimentarii msemmija fl-Artikolu 24(1);

(e)

bħala parti minn DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU), servizz biex jissottometti applikazzjonijiet għal aċċess għal data dwar is-saħħa li jfittxu aċċess għal data elettronika dwar is-saħħa miżmuma mid-detenturi tad-data dwar is-saħħa f’aktar minn Stat Membru wieħed jew minn parteċipanti awtorizzati oħra f’DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU) u biex jgħaddi l-applikazzjonijiet għal aċċess għal data dwar is-saħħa awtomatikament lill-punti ta’ kuntatt rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 67(3);

(f)

is-servizzi u l-infrastrutturi ċentrali ta’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU), f’konformità mal-Artikolu 75(7) u (8);

(g)

ambjent tal-ipproċessar sigur, f’konformità mal-Artikolu 75(9), li fih il-korpi tal-aċċess għad-data dwar is-saħħa jistgħu jiddeċiedu li jqiegħdu d-data għad-disponibbiltà, f’konformità mal-Artikolu 68(8);

(h)

verifiki tal-konformità għall-kollegament tal-parteċipanti awtorizzati ma’ DataTas-Saħħa@UE (HealthData@EU), f’konformità mal-Artikolu 75(5);

(i)

katalgu federat tas-settijiet tad-data tal-UE u l-katalgi nazzjonali tas-settijiet tad-data, f’konformità mal-Artikolu 79;

(j)

segretarjat għall-Bord tal-EHDS, f’konformità mal-Artikolu 92(9);

(k)

segretarjat għall-gruppi ta’ tmexxija, f’konformità mal-Artikolu 95(8);

Artikolu 96 2

2.   Is-servizzi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jissodisfaw standards ta’ kwalità suffiċjenti f’termini ta’ disponibbiltà, sigurtà, kapaċità, interoperabbiltà, manutenzjoni, monitoraġġ u żvilupp biex jiġi żgurat li l-EHDS jiffunzjona b’mod effettiv. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi dawk is-servizzi f’konformità mad-deċiżjonijiet operazzjonali tal-gruppi ta’ tmexxija rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 95.

Artikolu 96 3

3.   Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-infrastrutturi u s-servizzi li jappoġġaw l-EHDS u tipprovdih f’konformità mal-paragrafu 1 kull sentejn u tagħmel disponnibli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.