+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 (1)

“pellets tal-plastik” tfisser massa ta' materjal li fiha polimeri, irrispettivament mill-għamla, il-forma, jew id-daqs tagħha, li hija prodotta għall-iffurmar f'operazzjonijiet tal-manifattura tal-prodotti tal-plastik, irrispettivament mill-użu proprju tagħha;

Artikolu 2 (2)

“tixrid” tfisser ħruġ ta' darba jew fit-tul ta' pellets tal-plastik f'konfini tal-installazzjoni jew f'vetturi tat-triq, vaguni ferrovjarji, jew bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni li jittrasportaw pellets tal-plastik mill-konteniment primarju;

Artikolu 2 (3)

“telf” tfisser ħruġ ta' darba jew fit-tul ta' pellets tal-plastik fl-ambjent fi kwalunkwe stadju tal-katina tal-provvista, jew mill-konfini tal-installazzjoni jew minn vetturi tat-triq, vaguni ferrovjarji, bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastimenti tal-baħar li jitilqu jew jidħlu f'port ta' Stat Membru, li jittrasportaw pellets tal-plastik;

Artikolu 2 (4)

“installazzjoni” tfisser kwalunkwe bini, struttura, sit jew post li fih titwettaq attività ekonomika waħda jew aktar li tinvolvi l-immaniġġar ta' pellets tal-plastik;

Artikolu 2 (5)

“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tħaddem jew tikkontrolla l-installazzjoni kompletament jew parzjalment, meta jkun hemm dispożizzjoni dwar dan fil-liġi nazzjonali, li lilha tiġi delegata s-setgħa ekonomika deċiżiva għall-funzjonament tekniku tal-installazzjoni;

Artikolu 2 (6)

“trasportatur tal-UE” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fi Stat Membru, involuta fit-trasport ta' pellets tal-plastik bħala parti mill-attività ekonomika tagħha billi tuża vetturi tat-triq, vaguni tal-ferrovija jew bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

Artikolu 2 (7)

“trasportatur mhux tal-UE” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita f'pajjiż terz, involuta fit-trasport ta' pellets tal-plastik bħala parti mill-attività ekonomika tagħha fl-Unjoni billi tuża vetturi tat-triq, vaguni tal-ferrovija jew bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni;

Artikolu 2 (8)

“speditur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li hija jew f'isimha jew għan-nom tagħha jkun ġie konkluż kuntratt ta' trasport ta' merkanzija ma' kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika involuta fit-trasport ta' pellets tal-plastik bħala parti mill-attività ekonomika tagħha bl-użu ta' bastimenti tal-baħar;

Artikolu 2 (9)

“operatur” tfisser is-sid jew il-maniġer ta' bastiment tal-baħar;

Artikolu 2 (10)

“aġent” tfisser kwalunkwe persuna b'mandat jew awtorizzata biex tipprovdi informazzjoni f'isem l-operatur;

Artikolu 2 (11)

“intrapriża mikro, żgħira u ta' daqs medju” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju skont it-tifsira tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (18);

Artikolu 2 (12)

“intrapriża kbira” tfisser intrapriża li ma hijiex intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju;

Artikolu 2 (13)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità jew korp maħtur minn Stat Membru biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament;

Artikolu 2 (14)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun ġiet maħtura b'mandat bil-miktub minn trasportatur mhux tal-UE skont l-Artikolu 4, biex taġixxi f'isimha b'rabta ma' kompiti speċifiċi fir-rigward tal-obbligi skont l-Artikolu 3(2) u (3), l-Artikolu 5(6), it-tielet subparagrafu, u l-Artikolu 15(1);

Artikolu 2 (15)

“ċertifikatur” tfisser kwalunkwe waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li ġejjin:

(a)

korp ta' valutazzjoni tal-konformità kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (13), tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19);

(b)

persuna fiżika jew ġuridika li tkun kisbet liċenzja biex twettaq verifika u validazzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009;

Artikolu 2 (16)

“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li juri jekk installazzjoni tissodisfax ir-regoli applikabbli ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati adottati abbażi tiegħu;

Artikolu 2 (17)

“permess” tfisser awtorizzazzjoni bil-miktub, maħruġa mill-awtorità kompetenti rilevanti, biex titħaddem installazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.