+Artikolu 10 Obbligi tal-importaturi
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6
---+Artikolu 10 7
---+Artikolu 10 8
---+Artikolu 10 9
---+Artikolu 10 10
---+Artikolu 10 11
---+Artikolu 10 12
|
Artikolu 10 Obbligi tal-importaturi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1
|
1. L-importaturi għandhom jintroduċu fis-suq deterġenti jew aġenti tensjoattivi konformi biss.
|
|
Artikolu 10 2
|
2. Qabel ma jintroduċu deterġent jew aġent tensjoattiv fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:
|
(a)
|
il-manifattur ikun wettaq il-proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u fassal id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(2);
|
|
(b)
|
l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni pprovduti mill-manifattur f'konformità mal-Artikolu 8(7) juru konformità ma' dan ir-Regolament; u
|
|
(c)
|
il-manifattur ikun ħoloq il-passaport diġitali tal-prodott imsemmi fl-Artikolu 8(2), il-punt (a), il-mezz ta' data jkun disponibbli f'konformità mal-Artikolu 21(4) u l-informazzjoni rilevanti dwar il-passaport diġitali tal-prodott tkun ġiet inkluża fir-reġistru.
|
|
|
Artikolu 10 3
|
3. L-importaturi għandhom jipprovdu l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti qabel ma jintroduċu fis-suq deterġenti jew aġenti tensjoattivi għall-utenti finali u, fejn meħtieġ, jaġġornaw l-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti, f’konformita’ mal-Artikolu 8(6). L-importatur għandu jżomm l-informazzjoni li tinsab fl-iskeda tad-data dwar l-ingredjenti kunfidenzjali.
|
|
Artikolu 10 4
|
4. Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma ma għandhomx jintroduċuh fis-suq qabel ma jinġieb konformi. Barra minn hekk, meta d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, l-importaturi għandhom jinfurmaw b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 10 5
|
5. L-importaturi għandhom jiżguraw li d-deterġenti jew l-aġenti tensjoattivi li jintroduċu fis-suq jikkonformaw mal-Artikolu 17(1), (3), (4) u (5), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(1) u (2) u, fejn applikabbli, l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 18(2) u l-Artikolu 19(3).
|
|
Artikolu 10 6
|
6. L-importaturi għandhom jiżguraw li, waqt li deterġent jew aġent tensjoattiv ikun taħt ir-responsabbiltà tagħhom, il-kundizzjonijiet tal-ħżin jew tat-trasport tiegħu ma jipperikolawx il-konformità tiegħu ma' dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 10 7
|
7. Meta jitqies xieraq fir-rigward tal-prestazzjoni ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv jew tar-riskji ppreżentati minnu, l-importaturi għandhom iwettqu testijiet ta' kampjuni ta' tali deterġent jew aġent tensjoattiv, jinvestigaw, u, jekk ikun meħtieġ, iżommu reġistru tal-ilmenti, ta' deterġenti u aġenti tensjoattivi mhux konformi u tas-sejħiet lura ta' tali deterġenti jew aġenti tensjoattivi, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kwalunkwe monitoraġġ bħal dan.
|
|
Artikolu 10 8
|
8. Meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament, huma għandhom immedjatament jinformaw lill-manifattur u lill-awtoritajiet kompetenti u jikkooperaw magħhom u għandhom immedjatament jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dak id-deterġent jew aġent tensjoattiv jinġieb konformi, jiġi rtirat jew jissejjaħ lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-importaturi jqisu jew ikollhom raġuni biex jemmnu li deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq joħloq riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, huma għandhom immedjatament jinfurmaw dwar dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li fihom ikunu qiegħdu dan il-prodotti fis-suq, u jagħtu dettalji, b'mod partikolari, ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità u ta' kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda.
|
|
Artikolu 10 9
|
9. L-importaturi għandhom jiżguraw li operaturi ekonomiċi oħra fil-katina tal-provvista kkonċernata jinżammu infurmati mingħajr dewmien żejjed dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità jew riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li jkunu identifikaw u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva, sejħa lura jew irtirar konsegwenti.
|
|
Artikolu 10 10
|
10. L-importaturi għandhom iżommu r-referenza għall-identifikatur uniku tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 8(2) għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu ta' 10 snin mid-data li fiha d-deterġent jew l-aġent tensjoattiv ikun ġie introdott fis-suq.
|
|
Artikolu 10 11
|
11. L-importaturi għandhom, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali kompetenti, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f'format elettroniku u, fuq talba, f'format stampat, meħtieġa biex juru l-konformità ma' dan ir-Regolament ta' deterġent jew ta' aġent tensjoattiv, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità. L-importaturi għandhom jikkooperaw ma' dik l-awtorità, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji maħluqa minn deterġent jew aġent tensjoattiv li jkunu introduċew fis-suq.
|
|
Artikolu 10 12
|
12. L-importaturi għandhom jivverifikaw jekk il-kanali ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(11) humiex disponibbli pubblikament għall-konsumaturi u utenti finali oħra. Meta dawn ma jkunux disponibbli, l-importaturi għandhom jipprevedu tali kanali, filwaqt li jqisu l-bżonnijiet ta' aċċessibbiltà ta’ persuni b'diżabbiltà.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32026R0405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|