|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III L-Annessi A, B, Ċ u D tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 għandhom ikunu emendati kif ġej: 1. Anness A 1.1. Fl-Anness A, il-punt (a) (“Kamp ta' Applikazzjoni”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“(a)
Kamp ta' applikazzjoni Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, jew kif ikun il-każ, għall-prodotti kollha elenkati fit-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA. It-tagħrif m'huwiex meħtieġ għad-diviżjoni 37, għall-gruppi 38.1, 38.2 u għad-diviżjoni 39 tan-NACE Rev. 2. L-elenku ta' l-attivitajiet jista' jkun irrivedut skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.” 1.2. Fl-Anness A, punt (ċ) (“Elenku ta' fatturi”), il-paragrafi 6, 7 u 8, għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“6.
It-tagħrif dwar il-produzzjoni (No 110) m'huwiex meħtieġ għad-Diviżjoni 36 u għall-Gruppi 35.3 u 38.3 tan-NACE Rev. 2.
7.
It-tagħrif dwar turnover (No 120, 121, 122) m'huwiex meħtieġ għat-Taqsimiet D u E tan-NACE Rev. 2.
8.
It-tagħrif dwar l-ordnijiet (Nri. 130, 131, 132) huwa meħtieġ biss għad-Diviżjonijiet li ġejjin tan-NACE Rev. 2: 13, 14, 17, 20, 21, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30. L-elenku ta' attivitajiet jista' jkun revedut skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.” 1.3. Fl-Anness A punt (ċ) (“Lista ta' fatturi”), il-paragrafi 9 u 10 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
“9.
It-tagħrif dwar il-fatturi Nri 210, 220, 230 mhuwiex meħtieġ għall-Grupp 38.3 tar-Rev. 2 ta' l-NACE.
10.
It-tagħrif dwar il-prezzijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet ta' l-importazzjoni (Nri 310, 311, 312 jew 340) mhux meħtieġ għall-gruppi jew għall-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2 rispettivament is-CPA: 07.2, 24.46, 25.4, 30.1, 30.3, 30.4 u 38.3. L-elenku ta' attivitajiet jista' jkun irrevedut skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 18.
11.
Il- fattur tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni (No 340) huwa kkalkulat fuq il-bażi ta' prodotti tas-CPA. L-unitajiet tat-tip ta' attività ta' l-importazzjoni jistgħu jkunu klassifikati barra l-attivitajiet tat-Taqsimiet B sa E tan-NACE Rev. 2.” 1.4. L-Anness A, il-punt (f) (“Livell ta' dettal”), il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fatturi kollha għajr il-fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni (No 340), għandhom ikunu trażmessi fil-livell tat-Taqsima (ittra waħda) u d-Diviżjoni b'żewġ figuri tan-NACE Rev. 2. Il-fattur 340 għandu jkun trażmess fil-livell tat-Taqsima (ittra waħda) u d-Diviżjoni b'żewġ figuri tas-CPA.
2.
Barra minn hekk, fir-rigward tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2, l-indiċi tal-produzzjoni (No 110) u l-indiċi tal-prezzijiet ta' l-output (Nri 310, 311, 312) għandhom ikunu trażmessi fil-livelli ta' tliet figuri u erba' figuri tan-NACE Rev. 2. L-indiċijiet trażmessi għall-prezzijiet tal-produzzjoni u l-output fil-livelli ta' tliet figuri u erba figuri jridu jkunu jirrappreżentaw għall-inqas 90 % tal-valur totali miżjud għal kull Stat Membru tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata. Il-fatturi m'għandhomx għalfejn ikunu trażmessi f'dawn il-livelli dettaljati minn dawk l-Istati Membri li l-valur totali miżjud tagħhom tat-Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.” 1.5. Fl-Anness A, punt (f), (“Livell ta' detall”), paragrafu 3 “NACE Rev. 1” għandha tinbidel b'“NACE Rev. 2”. 1.6. Fl-Anness A, punt (f) (“Livell ta' detall”), il-paragrafi 4, 5, 6 u 7 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“4.
Barra minn hekk, il-fatturi kollha għajr il-fatturi tat-turnover u l-ordnijiet il-ġodda (Nri 120, 121, 122, 130, 131, 132) għandhom ikunu trażmessi għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2 I u l-gruppi industrijali prinċipali (MIGs) kif imfissra fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001 ( 2 ).
5.
Il-fatturi tat-turnover (Nri 120, 121, 122) għandhom ikunu trażmessi għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet B u C tan-NACE Rev. 2 u l-MIGs bl-eċċezzjoni tal-grupp industrijali prinċipali mfisser għal attivitajiet relatati ma' l-enerġija.
6.
Il-fatturi ta' l-ordnijiet il-ġodda (Nri 130, 131, 132) għandhom ikunu trażmessi għall-manifattura totali, Taqsima Ċ tan-NACE Rev. 2 u sett rridott tal-MIGs ikkalkulat mill-kopertura ta' l-elenku tad-Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 mfissra fil-paragrafu 8 taħt l-intestatura (ċ) (‘Lista ta' fatturi’) ta'dan l-Anness.
7.
Il-fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni (No 340) għandu jkun trażmess għall-prodotti ta' l-industrija totali, it-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA u l-MIGs imfissra skond ir-Regolament (KE) No 586/2001 minn gruppi ta' prodotti tas-CPA. Dan il-fattur m'għandux għalfejn ikun trażmess minn dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom. 1.7. L-Anness A, punt (f) (“Livell ta' dettall”), il-paragrafi 9 u 10 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“9.
Il-fatturi fuq is-swieq mhux domestiċi (Nri 122, 132 u 312) għandhom ikunu trażmessi skond id-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet minn B sa E tan-NACE Rev. 2, il-MIGs, it-Taqsima (ittra waħda) u l-livell tad-Diviżjoni b'żewġ figuri tan-NACE Rev. 2. It-tagħrif dwar in-NACE Rev. 2 D u E ma huwiex meħtieġ fir-rigward tal-fattur 122. Barra minn hekk, il-fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni (No 340) għandu jkun trażmess skond id-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro. Id-distinzjoni għandha tkun applikata għall-industrija totali mfissra bħala t-Taqsimiet minn B sa E tas-CPA, il-MIGs, it-Taqsima (ittra waħda) u l-livell tad-Diviżjoni b'żewġ figuri tas-CPA. Għad-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro, il-Kummissjoni tista' tiddetermina, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, it-termini għall-applikazzjoni ta' kampjuni ta' skemi Ewropej kif imfisser fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2). Il-kampjun ta' skema Ewropea jista' jillimita l-ambitu tal-fattur tal-prezz ta' l-importazzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti minn pajjiżi mhux taż-żona Ewropea. Id-distinzjoni bejn iż-żona ta' l-ewro u żona mhux ta' l-ewro għall-fatturi 122, 132, 312 u 340 m'għandhiex għalfejn tkun trażmessa minn dawk l-Istati Membri li m'adottawx l-ewro bħala l-munita tagħhom.
10.
Dawk l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, Ċ, D u E tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea għandhom għalfejn jittrażmettu biss id-data għall-industrija totali, l-MIGs, u l-livell ta' Taqsima tan-NACE Rev. 2, jew il-livell ta' Taqsima tas-CPA.” 1.8. Fl-Anness A, punt (g) (“Termini ta' żmien għat-trażmissjoni tad-data”), il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“2.
It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għad-data fuq il-livell ta' grupp jew Kategorija tan-NACE Rev. 2 jew il-livelli ta' Grupp u Kategorija tas-CPA. Għal daw l-Istati Membri li l-valur miżjud tagħhom fit-Taqsimiet B, Ċ, D u E tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea, it-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum kalendarju aktar għal data dwar l-industrija totali, l-MIGs, il-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tan-NACE Rev. 2. u l-livell ta' Taqsima u Diviżjoni tas-CPA.” 1.9. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness A, punt (i) (“L-ewwel perjodu ta' referenza”): “L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih għandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel kwart 2009 għad-data ta' kull tliet xhur.” 2. Anness B 2.1. Fl-Anness B il-punt (a) (“Ambitu”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“(a)
Ambitu Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2.” 2.2. Fl-Anness B (e) (“Perjodu ta' referenza”) “NACE” għandha tinbidel b'“NACE Rev. 2.” 2.3. Fl-Anness B, punt (f) (“Livell ta' dettall”), il-paragrafi 1 u 2 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fatturi No 110, 210, 220 u 230 għandhom ikunu trażmessi għall-inqas fil-livell ta' Taqsima tan-NACE Rev. 2.
2.
Il-fatturi ta' l-ordnijiet il-ġodda (No 130, 135 u 136) huma meħtieġa biss għall-Grupp 41.2 u għad-Diviżjoni 42 tan-NACE Rev. 2.” 2.4. Fl-Anness B, punt (f) (“Livell ta' dettall”), paragrafu 6, “NACE” għandha tinbidel b' “NACE Rev. 2.” 2.5. Fl-Anness B, punt (g), (“Termini ta' żmien għat-trażmissjoni tad-data”), paragrafu 2 “NACE Rev.1” għandha tinbidel b'“NACE Rev. 2”. 2.6. Fl-Anness B, punt (i) (“L-ewwel sena ta' referenza”) għandha tiżdied is-sentenza li ġejja : “L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih għandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel kwart 2009 għad-data ta' kull tliet xhur.” 3. Anness Ċ 3.1. Fl-Anness Ċ, il-punt (a) (“Ambitu”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“(a)
Ambitu Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet elenkati fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2.” 3.2. Fl-Anness Ċ, punt (f) (“Livell ta' dettal”), il-paragrafi 1, 2, 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fattur tat-turnover (No 120) u l-fatturi tad-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) għandhom ikunu trażmessi skond il-livelli ta' detall imfissra fil-paragrafi 2 u 3. Il-fattur ta' l-għadd ta' persjuni (No 210) għandu jkun trażmess skond id-livell ta' dettall imfisser fil-paragrafu 4.
2.
Ragruppar dettaljat tal-livelli tal-kategoriji u l-gruppi tan-NACE Rev. 2: Kategorija 47.11; Kategorija 47.19; Grupp 47.2; Grupp 47.3; total tal-Kategoriji (47.73, 47.74 u 47.75); total tal-Kategoriji (47.51, 47.71 u 47.72); total tal-Kategoriji (47.43, 47.52, 47.54, 47.59 u 47.63); total tal-Kategoriji (47.41, 47.42, 47.53, 47.61, 47.62, 47.64, 47.65, 47.76, 47.77 u 47.78); Kategorija 47.91.
3.
Raggruppar aggregat tal-livelli tal-kategoriji u l-gruppi tan-NACE Rev. 2: total tal-Kategorija (47.11) u tal-Grupp (47.2); total tal-Gruppi u tal-Kategoriji (47.19, 47.4, 47.5, 47.6, 47.7, 47.8 u 47.9); Diviżjoni 47 Diviżjoni 47 mingħajr 47.3"
4.
Diviżjoni 47 Diviżjoni 47 mingħajr 47.3
5.
Dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea, għandhom biss għajfejn jittrażmettu l-fattur tat-turnover (No 120) u l-fatturi tad-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) skond il-livelli ta' detall imfissra fil-paragrafu 3.” 3.3. Fl-Anness Ċ, punt (g) (“Termini ta' żmien għat-trażmissjoni tad-data”), il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fatturi għandhom ikunu trażmmessi għat-turnover (Nru 120) u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) fi żmien xahrejn fil-livelli ta' detall speċifikati fil-paragrafu 2 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum aktar milli għal dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea.
2.
Il-fatturi għandhom ikunu trażmessi għat-turnover (No 120) u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ (No 330/123) fi żmien xahar għal-livell ta' dettall speċifikat fil-paragrafu 3 taħt l-intestatura (f) ta' dan l-Anness. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw għall-fatturi tat-turnover u d-deflator tal-bejgħ/tal-volum tal-bejgħ No 120 u 330/123 b'kontribuzzjonijiet skond l-allokazzjoni ta' kampjun ta' skema Ewropea kif imfisser fil-punt (d) ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2). It-termini ta' l-allokazzjoni għandhhom ikunu determinati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18.
3.
Il-fattur ta' l-għadd ta' persuni impjegati għandu jkun trażmess fi żmien xahrejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' referenza. It-terminu ta' żmien jista' jkun sa 15-il jum itwal għal dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fid-Diviżjoni 47 tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea.” 3.4. Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied ma' l-Anness Ċ, punt (i) (“L-ewwel sena ta' referenza”): “L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih ghandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa Jannar 2009 għad-data ta' kull xahar u l-ewwel tliet xhur ta' l-2009 għad-data ta' kull tliet xhur.” 4. Anness D 4.1. Fl-Anness D, il-punt (a) (“Ambitu”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
“(a)
Ambitu Dan l-Anness japplika għall-attivitajiet kollha elenkati fid-Diviżjonijiet 45 u 46 u t-Taqsimiet minn H sa N u minn P sa S tan-NACE Rev. 2.” 4.2. Fl-Anness D, punt (ċ) (“Elenku ta' fatturi”) punt 4 (d) “NACE” għandha tinbidel b'“Rev. 2 tan-NACE.” 4.3. Fl-Anness D, punt (f) (“Livell ta' dettal”), il-punti 1, 2, 3, 4 u 5 għandhom jinbidlu b'dawn li ġejjin:
“1.
Il-fattur tat-turnover (No 120) għandu jkun trażmess skond il-gruppi tan-NACE Rev.2 li ġejjin: 46 fi tliet figuri; 45, 45.2, 49, 50, 51, 52, 53, 58, 59, 60, 61, 62, 63, 71, 73, 74, 78, 79, 80, 81.2, 82; it-total ta' (45.1, 45.3 u 45.4); it-total ta' (55 u 56); it-total ta'(69 u 70.2).
2.
Il-fattur tal-persuni impjegati (No 210) għandu jkun trażmess skond il-gruppi li ġejjin tan-NACE Rev. 2: Id-Diviżjonijiet 45, 46, 49, 50, 51, 52, 53, 58, 59, 60, 61, 62, 63; it-total ta' (69, 70.2, 71, 73 u 74); it-total ta' (55 u 56); it-total ta' (78, 79, 80, 81.2 u 82).
3.
Għad-Diviżjonijiet 45 u 46 tan-NACE Rev. 2, il-fattur tat-turnover għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' żewġ figuri minn dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom f'dawk id-Diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.
4.
Għat-Taqsimiet H u J tan-NACE Rev. 2, il-fattur ta' l-għadd ta' persuni impjegati (No 210) għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' Taqsima minn dawk l-Istati Membri li valur totali miżjud tagħhom fit-Taqsimiet H u J tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.
5.
Il-fattur tal-prezz ta' l-output (No 310) għandu jkun trażmess skond l-attivitajiet u l-gruppi li ġejjin tan-NACE Rev. 2: 49.4, 51, 52.1, 52.24, 53.1, 53.2, 61, 62, 63.1, 63.9, 71, 73, 78, 80, 81.2; it-total ta' (50.1 u 50.2); it-total ta' (69.1, 69.2 u 70.2). In-NACE Rev. 2 Diviżjoni 78 tkopri t-totali tal-prezz tar-reklutaġġ u l-persunal ipprovdut.” 4.4. Fl-Anness D, punt (f) (“Livell ta' dettal”), il-punt 7 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“7.
Għad-Diviżjoni 63 tan-NACE Rev. 2, il-fattur tal-prezz ta' l-output (No 310) għandu biss għalfejn ikun trażmess fil-livell ta' żewġ figuri minn dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom f'din id-Diviżjoni tan-NACE Rev. 2 f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 4 % tat-total tal-Komunità Ewropea.” 4.5. Fl-Anness D, punt (h) (“Studji pilota”), il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“3.
il-fattibilità u rilevanza tal-ġbir tad-data għandhom ikunu stmati fuq:
(i)
attivitajiet ta' ġestjoni ta' kumpaniji holding Rev. 2 tan-NACE Gruppi 64.2 u 70.1;
(ii)
il-proprjetà immobbli Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 68;
(iii)
ir-riċerka u l-iżvilupp Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 72;
(iv)
l-attività tal-kiri Rev. 2 tan-NACE Diviżjoni 77;
(v)
Rev. 2 tan-NACE Taqsimiet K, P, Q, R, S;” 4.6. Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness D, punt (i) (“L-ewwel perjodu ta' referenza”): “L-ewwel perjodu ta' referenza li għalih ghandhom ikunu trażmessi l-fatturi kollha tan-NACE Rev. 2 huwa l-ewwel kwart 2009.” 4.7. Fl-Anness D, il-punt (j), (“Perjodu ta' tranżizzjoni”) għandu jinbidel b'dan li ġej:
(j)
Perjodu ta' tranżizzjoni “Jista' jingħata perjodu ta' tranżizzjoni li jintemm mhux aktar tard mill-11 ta' Awissu 2008 għall-fattur No 310 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Perjodu ieħor ta' tranżizzjoni ta' sena jista' jingħata għall-implimentazzjoni tal-fattur No 310 għan-NACE Rev. 2 Diviżjonijiet 52, 69, 70, 71, 73, 78, 80 u 81 skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18. Barra minn dawk il-perjodi ta' tranżizzjoni, jista' jingħata perjodu ta' tranżizzjoni addizzjonali ta' sena, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18, għal dawk l-Istati Membri li t-turnover tagħhom fl-attivitajiet tan-NACE Rev. 2 msemmija taħt l-intestatura (a) Ambitu f'sena ta' bażi stipulata jirrappreżenta inqas minn 1 % tat-total tal-Komunità Ewropea.” 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|