+ANNESS I SKEDA BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA DWAR L-INVESTIMENT
|
ANNESS I SKEDA BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA DWAR L-INVESTIMENT
ANNESS I
SKEDA BL-INFORMAZZJONI EWLENIJA DWAR L-INVESTIMENT
Parti A: Informazzjoni dwar sid(ien) il-proġett u l-proġett ta' finanzjament kollettiv
|
(a)
|
L-identità, il-forma ġuridika, is-sjieda, il-ġestjoni u d-dettalji ta' kuntatt;
|
|
(b)
|
Il-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha responsabbli għall-informazzjoni mogħtija fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.. Fil-każ ta' persuni fiżiċi, inkluż membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' superviżjoni ta' sid il-proġett, indika l-isem u l-funzjoni tal-persuna fiżika; fil-każ ta' persuni ġuridiċi, indika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat.
Id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà li ġejja:
"Sid il-proġett jiddikjara li, sa fejn jaf hu, l-ebda informazzjoni ma tħalliet barra jew hija materjalment qarrieqa jew ineżatta. Sid il-proġett huwa responsabbli għat-tħejjija ta' din l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.";
|
|
(c)
|
L-attivitajiet prinċipali ta' sid il-proġett; il-prodotti jew is-servizzi offruti minn sid il-proġett;
|
|
(d)
|
Iperlink għall-aktar dikjarazzjonijiet finanzjarji reċenti ta' sid il-proġett, jekk disponibbli;
|
|
(e)
|
Ċifri u proporzjonijiet finanzjarji annwali ewlenin għal sid il-proġett għal dawn l-aħħar tliet snin, jekk disponibbli;
|
|
(f)
|
Deskrizzjoni tal-proġett ta' finanzjament kollettiv, inkluż l-iskop tiegħu u l-karatteristiċi prinċipali.
|
Parti B: Il-karatteristiċi prinċipali tal-proċess ta' finanzjament kollettiv u, kif applikabbli, il-kundizzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-kapital jew is-self ta' fondi
|
(a)
|
Il-kapital minimu fil-mira li għandu jiġi ġġenerat jew il-fondi fil-mira li għandhom jittieħdu b'self f'offerta unika ta' finanzjament kollettiv u l-għadd ta' offerti li jkunu ġew kompletati minn sid il-proġett jew mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għall-proġett ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(b)
|
L-iskadenza biex jintlaħaq il-kapital fil-mira jew il-fondi fil-mira li jridu jittieħdu b'self;
|
|
(c)
|
Informazzjoni dwar il-konsegwenzi jekk il-kapital fil-mira ma jiġix iġġenerat jew il-fondi fil-mira ma jittieħdux b'self sal-iskadenza;
|
|
(d)
|
L-ammont massimu ta' offerta meta jkun differenti mill-kapital fil-mira jew il-fondi fil-mira msemmija fil-punt (a);
|
|
(e)
|
L-ammont tal-fondi proprji impenjati għall-proġett ta' finanzjament kollettiv minn sid il-proġett;
|
|
(f)
|
Bidla fil-kompożizzjoni tal-kapital ta' sid il-proġett jew self relatat mal-offerta ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(g)
|
L-eżistenza u l-kundizzjonijiet ta' perijodu ta' riflessjoni prekuntrattwali għal investituri mhux sofistikati.
|
Parti C: Fatturi ta' riskju
Preżentazzjoni tar-riskji ewlenin assoċjati mal-finanzjament tal-proġett ta' finanzjament kollettiv, mas-settur, mal-proġett, ma' sid il-proġett u t-titoli trasferibbli, l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv jew self, inkluż, fejn rilevanti, ir-riskji ġeografiċi.
Parti D: Informazzjoni relatata mal-offerta ta' titoli trasferibbli u strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv
|
(a)
|
L-ammont totali u t-tip ta' titoli trasferibbli jew strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv li jridu jiġu offruti;
|
|
(b)
|
Il-prezz tas-sottoskrizzjoni;
|
|
(c)
|
Jekk humiex aċċettati s-sottoskrizzjonijiet żejda u kif dawn jiġu allokati;
|
|
(d)
|
It-termini tas-sottoskrizzjoni u l-pagament;
|
|
(e)
|
Il-kustodja u l-konsenja ta' titoli trasferibbli jew strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv lill-investituri;
|
|
(f)
|
Fil-każijiet li fihom l-investiment ikun garantit permezz ta' garanzija jew kollateral:
|
(i)
|
jekk il-garanti jew il-fornitur tal-kollateral huwiex persuna ġuridika;
|
|
(ii)
|
l-identità, il-forma ġuridika u d-dettalji ta' kuntatt tal-garanti jew il-fornitur tal-kollateral;
|
|
(iii)
|
informazzjoni dwar in-natura u t-termini tal-garanzija jew il-kollateral;
|
|
|
(g)
|
Meta applikabbli, impenn sod għar-riakkwist tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv u l-perijodu ta' żmien għal riakkwist bħal dan;
|
|
(h)
|
Għal strumenti mhux ta' ekwità, ir-rata tal-imgħax nominali, id-data minn meta jrid jibda jitħallas l-imgħax, id-dati tal-pagamenti tal-imgħax, id-data ta' maturità u r-rendiment applikabbli.
|
Parti E: Informazzjoni dwar veikoli bi skop speċjali (SPV)
|
(a)
|
Jekk bejn sid il-proġett u l-investitur hemmx SPV interpost;
|
|
(b)
|
Id-dettalji ta' kuntatt tal-SPV.
|
Parti F: Id-drittijiet tal-investituri
|
(a)
|
Id-drittijiet ewlenin marbuta mat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(b)
|
Restrizzjonijiet li għalihom huma soġġetti t-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv, inkluż il-ftehimiet tal-azzjonisti jew arranġamenti oħra li jipprevjenu t-trasferibbiltà tagħhom;
|
|
(c)
|
Deskrizzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni fuq it-trasferiment tat-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(d)
|
Opportunitajiet għall-investitur biex joħroġ mill-investiment;
|
|
(e)
|
Għall-istrumenti ta' ekwità, id-distribuzzjoni tal-kapital u d-drittijiet tal-vot qabel u wara iż-żieda ta' kapital li tirriżulta mill-offerta (jekk wieħed jassumi li t-titoli trasferibbli jew l-istrumenti ammessi kollha ser ikunu sottoskritti).
|
Parti G: Divulgazzjonijiet relatati ma' self
Fil-każijiet li fihom l-offerta ta' finanzjament kollettiv tinvolvi l-faċilitazzjoni tal-għoti ta' self, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandu jkun fiha, minflok l-informazzjoni msemmija fil-Partijiet D, E u F ta' dan l-Anness, informazzjoni dwar dan li ġej:
|
(a)
|
In-natura, it-tul u t-termini tas-self;
|
|
(b)
|
Ir-rati tal-imgħax applikabbli jew, meta applikabbli, kumpens ieħor lill-investitur;
|
|
(c)
|
Miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskju, inkluż l-eżistenza ta' fornituri ta' kollateral jew garanti jew tipi oħra ta' garanziji;
|
|
(d)
|
L-iskeda għar-ripagament tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax;
|
|
(e)
|
Kwalunkwe inadempjenza fuq kuntratti ta' kreditu minn sid il-proġett fl-aħħar ħames snin;
|
|
(f)
|
Is-servizzjar tas-self, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn sid il-proġett ma jissodisfax l-obbligi tiegħu.
|
Parti H: Tariffi, informazzjoni u rimedju ġuridiku
|
(a)
|
It-tariffi mitluba, u l-ispejjeż imġarrba minn, l-investitur fir-rigward tal-investiment, inkluż l-ispejjeż amministrattivi li jirriżultaw mill-bejgħ ta' strumenti ammessi għal finijiet ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(b)
|
Minn fejn u kif tista' tinkiseb bla ħlas informazzjoni addizzjonali dwar il-proġett ta' finanzjament kollettiv, sid il-proġett u l-SPV;
|
|
(c)
|
Kif u lil min l-investitur jista' jindirizza lment dwar l-investiment jew dwar l-imġiba ta' sid il-proġett jew tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.
|
Parti I: Informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-portafoll individwali ta' self li għandu jiġi pprovdut mill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv
|
(a)
|
L-identità, il-forma ġuridika, is-sjieda, il-ġestjoni u d-dettalji ta' kuntatt tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(b)
|
Ir-rata tal-imgħax minima u massima tas-self li tista' tkun disponibbli għall-portafolli individwali tal-investituri;
|
|
(c)
|
Id-data ta' maturità minima u massima tas-self li tista' tkun disponibbli għall-portafolli individwali tal-investituri;
|
|
(d)
|
Fejn tintuża, il-firxa u d-distribuzzjoni ta' kategoriji ta' riskju li fihom jaqa' s-self, kif ukoll ir-rati ta' inadempjenza u r-rata tal-imgħax medja ppeżata għal kull kategorija ta' riskju bi tqassim ulterjuri skont is-sena li fiha jkun ingħata s-self permezz tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;
|
|
(e)
|
L-elementi ewlenin tal-metodoloġija interna għall-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-proġetti individwali ta' finanzjament kollettiv u għad-definizzjoni tal-kategoriji tar-riskji;
|
|
(f)
|
Jekk tiġi offruta rata fil-mira ta' redditu fuq l-investiment, rata fil-mira annwalizzata u l-intervall ta' kunfidenza ta' din ir-rata fil-mira annwalizzata matul il-perijodu ta' investiment, filwaqt li jitqiesu t-tariffi u r-rati ta' inadempjenza;
|
|
(g)
|
Proċeduri, metodoloġiji interni u kriterji għall-għażla tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv għall-portafoll individwali ta' self għall-investitur;
|
|
(h)
|
Il-kopertura u l-kundizzjonijiet ta' kwalunkwe garanzija kapitali applikabbli;
|
|
(i)
|
Is-servizzjar ta' self fil-portafoll, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn sid il-proġett ma jissodisfax l-obbligi tiegħu;
|
|
(j)
|
Strateġiji ta' diversifikazzjoni tar-riskji;
|
|
(k)
|
It-tariffi li jridu jitħallsu minn sid il-proġett jew l-investitur, inkluż kwalunkwe tnaqqis mill-imgħax li jrid jitħallas minn sid il-proġett.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R1503
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|