+ANNESS

ANNESS

ANNESS

TAQSIMA A

Rekwiżiti għall-pjanijiet ta’ rkupru

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(1)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

(2)

sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP minn meta ġie ffajljat l-aktar pjan ta’ rkupru reċenti;

(3)

pjan ta’ komunikazzjoni u divulgazzjoni li jiddeskrivi kif is-CCP beħsiebha żżomm lill-awtorità kompetenti tagħha infurmata bis-sitwazzjoni ta’ rkupru u li timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq filwaqt li taġixxi bl-aktar mod trasparenti possibbli;

(4)

firxa komprensiva ta’ kapital, allokazzjoni ta’ telf, allokazzjoni ta’ pożizzjoni u azzjonijiet ta’ likwidità meħtieġa biex tinżamm jew tiġi restawrata l-vijabilità u s-solidità finanzjarja tas-CCP inkluż li jiġu restawrati l-valur kontabilistiku rikonċiljat u l-kapital u r-riżorsi prefinanzjati u li jinżamm l-aċċess għal sorsi suffiċjenti ta’ likwidità li huma meħtieġa għas-CCP li żżomm il-vijabilità tagħha bħala negozju avvjat u li tkompli tipprovdi s-servizzi kritiċi tagħha f’konformità mal-atti delegati adottati abbażi tal-Artikoli 16(3) u 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. L-azzjonijiet ta’ allokazzjoni tat-telf jistgħu jinkludu sejħiet għal flus għal irkupru u tnaqqis fil-valur tal-gwadanji pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, fejn definiti fir-regoli operattivi tas-CCP, u ma għandhomx jużaw il-marġni inizjali mibgħuta minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jallokaw it-telf skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(5)

valutazzjoni tal-għażliet ta’ rkupru fir-rigward ta’:

(i)

l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom fuq is-solvenza, il-likwidità, il-pożizzjonijiet ta’ finanzjament, il-profittabbiltà u l-operazzjonijiet tas-CCP;

(ii)

l-impatt estern u l-konsegwenzi sistemiċi tal-implimentazzjoni tagħhom fuq il-funzjonijiet kritiċi, l-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar, kredituri u partijiet ikkonċernati oħra tas-CCP, u fejn applikabbli, il-bqija tal-grupp, u sal-punt fejn l-informazzjoni tkun disponibbli, il-klijenti u l-klijenti indiretti tas-CCP;

(iii)

il-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tagħhom wara analiżi dettaljata tar-riskji, l-impedimenti u s-soluzzjonijiet għall-impedimenti; u

(iv)

l-impatt tal-implimentazzjoni tagħhom fuq il-kontinwità tal-operazzjonijiet, b’mod partikolari r-riżorsi umani u l-IT, u l-aċċess għal infrastrutturi finanzjarji oħra.

(6)

kondizzjonijiet u proċeduri xierqa biex jiżguraw l-implimentazzjoni fil-waqt ta’ azzjonijiet ta’ rkupru, inkluż stima tal-perijodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(7)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kwalunkwe impediment materjali tal-implimentazzjoni effettiva u f’waqtha tal-pjan, inkluż konsiderazzjoni tal-impatt fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti inkluż f’każijiet meta l-membri tal-ikklirjar x’aktarx li jieħdu miżuri skont il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2014/59/UE, u fejn xieraq fuq il-bqija tal-grupp;

(8)

valutazzjoni tal-adegwatezza tal-għażliet ta’ rkupru biex jiġi indirizzat kull xenarju ta’ pjan ta’ rkupru rilevanti, abbażi ta’ kif dawk l-għażliet:

(i)

jiżguraw it-trasparenza u jippermettu lil dawk li jistgħu jkunu esposti għal telf u nuqqas ta’ likwidità biex ikejlu, jimmaniġġjaw u jikkontrollaw tali telf u nuqqasijiet potenzjali;

(ii)

jipprovdu inċentivi lill-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tagħhom u lis-sistema finanzjarja; u

(iii)

jimminimizzaw l-impatt negattiv fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom u s-sistema finanzjarja;

(9)

l-identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

(10)

deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u tal-kummerċjabbiltà tal-linji tan-negozju, tal-operazzjonijiet u tal-assi ewlenin tas-CCP;

(11)

deskrizzjoni dettaljata ta’ kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tas-CCP, kif jagħmel parti mir-regoli tal-operat tas-CCP li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-membri tal-ikklirjar, kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta’ rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-pjan;

(12)

arranġamenti u miżuri li jinċentivaw lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jagħmlu offerti kompetittivi f’irkantijiet tal-pożizzjonijiet tal-membri inadempjenti;

(13)

arranġamenti u miżuri biex jiġi żgurat li s-CCP ikollha aċċess adegwat għal sorsi ta’ finanzjament ta’ kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta’ likwidità, sabiex jippermettulha tkompli twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha malli jsiru dovuti;

(14)

valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu trasferiti riżorsi jew likwidità bejn il-linji tan-negozju;

(15)

arranġamenti u miżuri:

(i)

biex jitnaqqas ir-riskju;

(ii)

biex jirristrutturaw il-kuntratti, id-drittijiet, l-assi u l-passivi;

(iii)

biex jirristrutturaw il-linji tan-negozju;

(iv)

meħtieġa biex jinżamm aċċess kontinwu għal FMIs u ċ-ċentri tan-negozjar;

(v)

meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP, inkluż l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

(vi)

għat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kuntratti;

(vii)

sabiex jitnaqqas il-valur ta’ kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, jekk applikabbli, skont it-tip ta’ strumenti li tikklerja s-CCP.

(viii)

sabiex il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jkunu obbligati jagħmlu kontribuzzjoni fi flus lis-CCP tal-anqas sa ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni ta’ kull membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza. Dan l-obbligu ta’ sejħa għal flus għal irkupru għandu jiġi inkluż u msemmi wkoll fir-regoli u arranġamenti kuntrattwali oħra tas-CCP.

(16)

arranġamenti preparatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ tal-assi jew tal-linji tan-negozju f’qafas taż-żmien xieraq sabiex tiġi restawrata s-solidità finanzjarja, inkluż valutazzjoni tal-effett potenzjali ta’ tali bejgħ fuq l-operazzjonijiet tas-CCP;

(17)

fejn huma previsti azzjonijiet jew strateġiji oħra ta’ ġestjoni biex tiġi restawrata s-solidità finanzjarja, deskrizzjoni ta’ dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji u l-effett finanzjarju antiċipat tagħhom;

(18)

miżuri preparatorji li s-CCP tkun ħadet jew tippjana li tieħu biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, inkluż dawk meħtieġa biex tippermetti rikapitalizzazzjoni f’waqtha tas-CCP, tirrestawra l-valur kontabilistiku rikonċiljat u l-passivi u tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati tagħha kif ukoll l-infurzabbiltà transkonfinali tiegħu;

(19)

qafas ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jidentifikaw il-punti li fihom jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet adatti msemmija fil-pjan;

(20)

fejn applikabbli, analiżi ta’ kif u meta s-CCP tista’ tapplika, bil-kondizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta’ faċilitajiet ta’ bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral skont it-termini tal-faċilità tal-bank ċentrali;

(21)

filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta’ xenarji li jaffettwaw serjament is-solidità finanzjarja jew il-vijabilità operazzjonali tas-CCP u jkunu rilevanti għall-kondizzjonijiet speċifiċi tas-CCP bħat-taħlita tal-prodott, il-mudell kummerċjali u l-likwidità u l-qafas ta’ governanza tar-riskju tagħha, inkluż xenarji li jinvolvu eventi mifruxa mas-sistema kollha jew eventi speċifiċi għall-entità ġuridika u għal kwalunkwe grupp li tappartjeni għalih u stress speċifiku għal membri tal-ikklirjar individwali tas-CCP jew, fejn xieraq, FMI marbuta; u

(22)

filwaqt li jitqiesu l-Artikolu 34 u l-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta’ xenarji li jaffettwaw serjament is-solidità jew il-vijabilità operazzjonali tas-CCP u jirriżultaw kemm mill-istress jew mill-inadempjenza ta’ mill-anqas iż-żewġ membri tal-ikklirjar li fir-rigward tagħhom is-CCP għandha l-akbar skoperturi taħt kondizzjonijiet estremi iżda plawsibbli tas-suq, u minn raġunijiet oħra inkluż telf mill-attivitajiet ta’ investiment tas-CCP jew minn problemi operazzjonali, inkluż theddid estern sever għal operazzjonijiet ta’ CCP minħabba tfixkil estern, xokk jew inċident relatat maċ-ċibernetika.

TAQSIMA B

Informazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lis-CCPs biex jipprovdu għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

Għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(1)

deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tas-CCP, inkluża lista tal-persuni ġuridiċi kollha;

(2)

identifikazzjoni tad-detenturi diretti u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u tad-drittijiet bla vot ta’ kull persuna ġuridika;

(3)

il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjati ma’ kull persuna ġuridika;

(4)

immappjar tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP inklużi d-dettalji tal-karta tal-bilanċ ta’ dawn il-funzjonijiet u l-linji tan-negozju, b’referenza għall-persuni ġuridiċi;

(5)

deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tas-CCP kollha u tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-entitajiet ġuridiċi tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi tas-servizzi u l-ammonti rispettivi ta’ volumi kklerjati, interess miftuħ, marġini inizjali, marġini ta’ varjazzjoni, fondi ta’ inadempjenza u kwalunkwe dritt assoċjat ieħor ta’ valutazzjoni jew azzjonijiet oħra ta’ rkupru li jappartjenu lil tali linji ta’ negozju;

(6)

dettalji tal-kapital u tal-istrumenti tad-dejn maħruġin mis-CCP u mill-entitajiet ġuridiċi tagħha;

(7)

identifikazzjoni ta’ mingħand min is-CCP tkun irċeviet il-kollateral u f’liema forma (trasferiment ta’ titolu jew garanzija), u li għalihom tkun ippleġġjat kollateral u f’liema forma u l-persuna li żżomm il-kollateral, u fiż-żewġ każijiet l-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

(8)

deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-CCP u tal-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(9)

il-ħeġġijiet materjali tas-CCP inkluż l-immappjar ma’ persuni ġuridiċi;

(10)

identifikazzjoni tal-iskoperturi u tal-importanza relattivi tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment ta’ membri ewlenin tal-ikklirjar tas-CCP;

(11)

kull sistema li fiha s-CCP twettaq għadd materjali jew tivvalorizza l-ammont tat-tranżazzjonijiet, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(12)

kull sistema ta’ pagament, ikklirjar jew saldu li s-CCP hija direttament jew indirettament membru tagħha, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(13)

inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenija, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskji, għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju u regolatorju użati mis-CCP inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(14)

identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati fil-punt (13), il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz relatati magħhom, u kwalunkwe software u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar mal-entitajiet legali, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħhom;

(15)

identifikazzjoni u mmappjar mal-persuni ġuridiċi u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-persuni ġuridiċi differenti bħal:

(i)

persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

(ii)

arranġamenti ta’ kapital, finanzjament jew likwidità;

(iii)

skoperturi ta’ kreditu eżistenti jew kontinġenti;

(iv)

ftehimiet ta’ kontrogaranziji, arranġamenti ta’ kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta’ kontroinadempjenza u arranġamenti ta’ totaliżżar tal-kontroaffiljati;

(v)

riskji tat-trasferimenti u arranġamenti ta’ negozjar spalla ma’ spalla;

(vi)

ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

(16)

l-awtorità kompetenti u l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għal kull persuna ġuridika, jekk ikunu differenti minn dawk maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(17)

il-membru tal-bord responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jitfassal il-pjan ta’ riżoluzzjoni ta’ CCP kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-persuni ġuridiċi differenti, għall-operazzjonijiet kritiċi u għal-linji tan-negozju ewlenin;

(18)

deskrizzjoni tal-arranġamenti li s-CCP għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(19)

Il-ftehimiet kollha konklużi mis-CCP u l-entitajiet ġuridiċi ma’ partijiet terzi, li t-terminazzjoni tagħhom tista’ tiskatta permezz ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni;

(20)

deskrizzjoni ta’ sorsi possibbli ta’ likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

(21)

informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, għall-assi likwidi, għall-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għall-istrateġiji tal-iħħeġjar u għall-prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA C

Kwistjonijiet li l-awtorità ta’ riżoluzzjoni trid tqis meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ CCP

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ CCP, l-awtorità ta’ riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(1)

sa fejn is-CCP tkun tista’ timmappja l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi għal persuni ġuridiċi;

(2)

sa fejn l-istrutturi ġuridiċi u korporattivi jkunu allinjati mal-linji tan-negozju ewlenin u mal-operazzjonijiet kritiċi;

(3)

il-punt sa fejn l-istruttura ġuridiċi tas-CCP jimpedixxu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni minħabba l-għadd ta’ persuni ġuridiċi, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju mal-entitajiet fi grupp;

(4)

il-punt sa fejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ biex jipprovdu għall-persunal essenzjali, għall-infrastruttura, għall-finanzjament, għal-likwidità u għall-kapital biex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(5)

l-eżistenza u s-solidità ta’ ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

(6)

il-punt sa fejn il-ftehimiet tas-servizz li s-CCP ikollha huma infurzabbli b’mod sħiħ fil-każ ta’ riżoluzzjoni tas-CCP;

(7)

il-punt sa fejn l-istruttura tal-governanza tas-CCP hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tas-CCPs fir-rigward tal-ftehimiet tagħha fil-livell ta’ servizz;

(8)

il-punt sa fejn is-CCP għandha proċess għat-transizzjoni tas-servizzi pprovduti skont il-ftehimiet fil-livell ta’ servizz lil partijiet terzi fil-każ ta’ separazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin;

(9)

il-punt sa fejn hemm pjanijiet u miżuri ta’ kontinġenza fis-seħħ biex jiżguraw il-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu;

(10)

l-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment biex jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u tal-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet;

(11)

il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tas-CCP il-ħin kollu, anke taħt kondizzjonijiet li jinbidlu b’mod rapidu;

(12)

il-punt sa fejn is-CCP tkun ittestjat is-sistemi tagħha tal-informazzjoni tal-maniġment f’xenarji ta’ stress kif definit mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni;

(13)

il-punt sa fejn is-CCP tista’ tiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħha kemm għas-CCP affettwata u għas-CCP l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u mil-linji tan-negozju;

(14)

il-punt sa fejn kwalunkwe garanzija intragrupp tiġi pprovduta skont il-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji ikunu robusti, fejn is-CCP tibbenefika minn jew tkun esposta għal tali garanziji;

(15)

il-punt sa fejn kwalunkwe tranżazzjoni intragrupp titwettaq bil-kondizzjonijiet tas-suq u sakemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskji li jikkonċernaw dawk il-prattiki tat-tranżazzjonijiet ikunu robusti, meta s-CCP tinvolvi ruħha f’tali tranżazzjonijiet;

(16)

il-punt sa fejn l-użu ta’ kwalunkwe garanzija jew tranżazzjoni intragrupp iżid il-kontaġju fil-grupp;

(17)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha impatt negattiv fuq parti oħra tal-grupp tagħha, b’mod partikolari fejn tali grupp jinkludi FMIs oħrajn, fejn applikabbli;

(18)

jekk l-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet ta’ riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz;

(19)

il-fattibbiltà li jiġu applikati l-għodod ta’ riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u tal-istruttura tas-CCP;

(20)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku meħtieġa biex jinħarġu strumenti ta’ sjieda ġodda kif imsemmi fl-Artikolu 33(1);

(21)

l-arranġamenti u l-mezzi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista’ tiġi ppreġudikata fil-każ ta’ CCP li jkollha membri tal-ikklirjar jew arranġamenti kollaterali stabbiliti f’ġurisdizzjonijiet differenti;

(22)

il-kredibilità li jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni b’tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq il-membri tal-ikklirjar u, fejn applikabbli, il-klijenti tagħhom, kontropartijiet oħra u l-impjegati u l-azzjonijiet possibbli li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet ta’ pajjiż terz;

(23)

il-punt sa fejn jista’ jiġi evalwat adegwatament l-impatt tar-riżoluzzjoni tas-CCP fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju;

(24)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew fuq l-ekonomija;

(25)

il-punt sa fejn il-kontaġju f’CCPs oħra jew fis-swieq finanzjarji jista’ jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni; u

(26)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq l-operat tas-sistemi tal-pagament u tas-saldu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0023
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.