|
+ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA’ PARAMETRI ---+1. Chemical and indicator parameters ---+2. Notes to Table 1 ---+3. Sum of PFAS |
ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA’ PARAMETRI
ANNESS III SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA’ PARAMETRI L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta’ analiżi użati għall-finijiet ta’ monitoraġġ u dimostrazzjoni tal-konformità ma’ din id-Direttiva, b’eċċezzjoni għat-turbidità, huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma’ laboratorji japplikaw prattiki ta’ sistema ta’ ġestjoni ta’ kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-ekwivalenza ta’ metodi alternattivi mal-metodi stabbiliti f’dan l-Anness, l-Istati Membri jistgħu jużaw l-istandard EN ISO 17994, stabbilit bħala l-istandard għall-ekwivalenza tal-metodi mikrobijoloġiċi, jew l-istandard EN ISO 16140 jew kwalunkwe protokoll ieħor simili aċċettat fuq livell internazzjonali, sabiex jistabbilixxu l-ekwivalenza ta’ metodi bbażati fuq prinċipji oħra għajr il-kultura, li jmorru lil hinn mill-ambitu tal-EN ISO 17994. Fin-nuqqas ta’ metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi. PARTI A Parametri mikrobijoloġiċi b’metodi tal-analiżi speċifikati għalihom Il-metodi tal-analiżi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:
(a)
Escherichia coli (E. coli) u batterji koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2);
(b)
enterokokki intestinali (EN ISO 7899-2);
(c)
l-għadd tal-kolonji jew l-għadd tal-kolonji eterotrofiċi f’temperatura ta’ 22 °C (EN ISO 6222);
(d)
Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189);
(e)
Legionella (EN ISO 11731 għal konformità mal-valur fil- Parti D tal-Anness I); għal monitoraġġ tal-verifika bbażata fuq ir-riskju u biex jiġu kkumplimentati metodi ta’ kultura, jistgħu jintużaw ukoll metodi, bħall-ISO/TS 12869, metodi ta’ kultura rapida, metodi mhux ibbażati fuq il-kultura, u metodi bbażati fuq il-molekuli, b’mod partikolari l-qPCR;
(f)
kolifaġi somatiċi għal monitoraġġ operazzjonali, jista’ jintuża l-Parti A tal-Anness II, EN ISO 10705-2, u EN ISO 10705-3. PARTI B Parametri kimiċi u parametri indikaturi b’karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom 1. Parametri kimiċi u parametri indikaturi Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness, il-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b’limitu ta’ kwantifikazzjoni, kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE ( 5 ), ta’ 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1 ta’ dan l-Anness. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta’ mill-anqas l-istess għadd ta’ ċifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku msemmi fil-Partijiet B u C tal-Anness I għal din id-Direttiva. L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I.
Tabella 1. Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni “Inċertezza tal-kejl”
2. Noti għat- Tabella 1
3. Somma tal-PFAS Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7):
—
Aċidu perfluworobutanojku (PFBA)
—
Aċidu perfluworopentanojku (PFPA)
—
Aċidu perfluworoeżanojku (PFHxA)
—
Aċidu perfluworoeptanojku (PFHpA)
—
Aċidu perfluworoottanojku (PFOA)
—
Aċidu perfluworononanojku (PFNA)
—
Aċidu perfluworodekanojku (PFDA)
—
Aċidu perfluworoundekanojku (PFUnDA)
—
Aċidu perfluworododekanojku (PFDoDA)
—
Aċidu perfluworotridekanojku(PFTrDA)
—
Aċidu perfluworobutan sulfoniku (PFBS)
—
Aċidu perfluworopentan sulfoniku (PFPS)
—
Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS)
—
Aċidu perfluworoeptan sulfoniku (PFHpS)
—
Aċidu perfluworoottan sulfoniku (PFOS)
—
Aċidu perfluworononan sulfoniku (PFNS)
—
Aċidu perfluworodekan sulfoniku (PFDS)
—
Aċidu perfluworoundekan sulfoniku
—
Aċidu perfluworododekan sulfoniku
—
Aċidu perfluworotrideka nsulfoniku
Dawk is-sustanzi għandhom jiġu mmonitorjati meta l-valutazzjoni tar-riskju u l-ġestjoni tar-riskju taż-żoni ta’ wesgħa għall-punti tal-astrazzjoni li jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 8 jikkonkludu li huwa probabbli li dawk is-sustanzi jkunu preżenti fi provvista determinata tal-ilma. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|