+ANNESS IV LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI AGRIKOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(2)

ANNESS IV LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI AGRIKOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(2)




ANNESS IV

LISTA TA’ INDIKATURI TAL-BIJODIVERSITÀ GĦALL-EKOSISTEMI AGRIKOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 11(2)



Indikatur

Deskrizzjoni, unitajiet, u metodoloġija għad-determinazzjoni u l-monitoraġġ tal-indikatur

Indiċi tal-friefet tal-mergħat

Deskrizzjoni: Dan l-indikatur huwa magħmul minn speċi meqjusa bħala karatteristiċi tal-mergħat Ewropej u li jseħħu f’parti kbira tal-Ewropa, koperti mill-maġġoranza tal-Iskemi ta’ Monitoraġġ tal-Friefet. Huwa bbażat fuq il-medja ġeometrika tax-xejriet tal-ispeċi.

Unità: Indiċi.

Metodoloġija: kif żviluppata u użata mill-Butterfly Conservation Europe, Van Swaay, C.A.M, Assessing Butterflies in Europe - Butterfly Indicators 1990-2018, Rapport tekniku, Butterfly Conservation Europe, 2020.

Ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija minerali fl-artijiet tal-għelejjel

Deskrizzjoni: Dan l-indikatur jiddeskrivi l-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija minerali fl-artijiet tal-għelejjel f’profondità ta’ 0 sa 30 cm.

Unità: Tunnellati ta’ karbonju organiku/ettaru.

Metodoloġija: kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (UE) 2018/1999 f’konformità mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u kif appoġġat mill-Istħarriġ qafas dwar l-Użu tal-Art u ż-Żona ta’ Kopertura (LUCAS) Soil, Jones A. et al., LUCAS Soil 2022, Rapport tekniku tal-JRC, l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2021.

Sehem tal-art agrikola b’karatteristiċi tal-pajsaġġ ta’ diversità għolja

Deskrizzjoni: Karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja, bħal strixxi ta’ lqugħ, ringieli ta’ sġajriet, siġar individwali jew gruppi ta’ siġar, ringieli ta’ siġar, ġmiem madwar l-għelieqi, irqajja’, fosos, xmajriet, artijiet mistagħdra żgħar, għelieqi mtarrġa, cairns, ħitan tal-ġebel, għadajjar żgħar u karatteristiċi kulturali, huma elementi ta’ veġetazzjoni naturali jew seminaturali permanenti preżenti f’kuntest agrikolu li jipprovdu servizzi tal-ekosistema u appoġġ għall-bijodiversità.

Sabiex isir dan, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ jeħtieġ li jkunu soġġetti għall-inqas ammont negattiv possibbli ta’ disturbi esterni biex jipprovdu ħabitats sikuri għal diversi gruppi tassonomiċi, u għalhekk jeħtieġ li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)  ma jistgħux ikunu taħt użu agrikolu produttiv (inkluż il-produzzjoni tar-ragħa jew tal-għalf), sakemm tali użu ma jkunx meħtieġ għall-preservazzjoni tal-bijodiversità; u

(b)  jeħtieġ li ma jirċivux trattament ta’ fertilizzant jew pestiċida, ħlief għal trattament b’użu baxx ta’ demel solidu.

Art mistrieħa, inkluż temporanjament, tista’ titqies bħala karatteristika tal-pajsaġġ b’diversità għolja jekk tikkonforma mal-kriterji stipulati skont (a) u (b) tat-tieni paragrafu. Is-siġar produttivi li huma parti mis-sistemi agroforestali sostenibbli jew siġar f’ġardini tal-frott qodma estensivi fuq art bil-ħaxix permanenti u elementi produttivi f’sisien tal-isġajriet mhux produttivi jistgħu jitqiesu wkoll bħala karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja, jekk jikkonformaw mal-kriterju stipulat taħt (b) tat-tieni paragrafu, u jekk il-ħsad isir biss f’mumenti fejn ma jikkompromettix livelli għoljin ta’ bijodiversità.

Unità: Perċentwal (sehem tal-Erja Agrikola Utilizzata).

Metodoloġija: kif żviluppata taħt l-indikatur I.21, l-Anness I għar-Regolament (UE) 2021/2115, kif ibbażat fuq l-aħħar verżjoni aġġornata LUCAS għall-elementi tal-pajsaġġ, Ballin M. et al., Redesign sample for Land Use/Cover Area frame Survey (LUCAS), Eurostat 2018, u għal art mistrieħa, Farm Structure, Reference Metadata in Single Integrated Metadata Structure, pubblikazzjoni online, Eurostat, u, fejn applikabbli, għal karatteristiċi tal-pajsaġġ b’diversità għolja mhux koperti mill-metodoloġija msemmija hawn fuq, metodoloġija żviluppata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(7) ta’ dan ir-Regolament.

Il-metodoloġija LUCAS hija aġġornata fuq bażi regolari biex tissaħħaħ l-affidabbiltà tad-data użata fl-Unjoni u fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri meta jimplimentaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom għar-restawr.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1991
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.