+ANNESS V Għanijiet tal-kwalità tad- data
---+1. Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad- data …
---+2. Id- data kollha rrappurtata skont l-Artikolu 23 għandha titqies bħala valida minbarra data …

ANNESS V Għanijiet tal-kwalità tad- data

ANNESS V

Għanijiet tal-kwalità tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad- data …

1.

Sabiex tkun żgurata l-preċiżjoni tal-kejl u l-konformità mal-għanijiet tal-kwalità tad-data stipulati fil-Punt A ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti xierqa u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jiżguraw li:

(a)

il-kejl kollu li jsir fir-rigward tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali skont l-Artikolu 8 jkun traċċabbli f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-istandard armonizzat għal-laboratorji ta’ ttestjar u kkalibrar;

(b)

l-istituzzjonijiet li jħaddmu n-networks u l-punti ta’ kampjunar individwali jkollhom sistema stabbilita ta’ assigurazzjoni tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità li taħseb għal manutenzjoni regolari u kontrolli tekniċi biex tiżgura l-preċiżjoni kontinwa tal-apparat ta’ kejl u li jibqgħu operazzjonali. is-sistema tal-kwalità għandha tiġi riveduta kif meħtieġ u għall-inqas kull ħames snin mil-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rilevanti;

(c)

ikun stabbilit proċess ta’ assigurazzjoni tal-kwalità/kontroll tal-kwalità fir-rigward tal-proċess tal-ġbir u r-rapportar tad-data u li l-organizzazzjonijiet maħtura għal dan il-kompitu jipparteċipaw b’mod attiv fil-programmi rispettivi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha;

(d)

il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jiġu maħtura mill-awtorità kompetenti xierqa jew minn korp maħtur skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva u jkunu akkreditati għall-metodi ta’ referenza msemmija fl-Anness VI ta’ din id-Direttiva, għall-inqas għal dawk is-sustanzi niġġiesa li għalihom il-konċentrazzjonijiet huma ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni, skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-ikkalibrar, li r-referenza għalih ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 2, il-punt 9, tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq. dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli wkoll mill-koordinazzjoni fit-territorju tal-Istati Membri tal-programmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha li għandhom ikunu organizzati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni (JRC) u għandhom ikunu wkoll responsabbli biex jikkoordinaw, fil-livell nazzjonali, l-użu adegwat tal-metodi ta’ referenza u t-turija tal-ekwivalenza tal-metodi li mhumiex ta’ referenza; il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali li jorganizzaw paragun bejn il-laboratorji fil-livell nazzjonali għandhom ukoll ikunu akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-ittestjar tal-profiċjenza;

(e)

il-laboratorji ta’ referenza nazzjonali jieħdu sehem, mill-inqas kull 3 snin, fil-programmi ta’ assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni kollha organizzati mill-JRC għal mill-inqas dawk is-sustanzi niġġiesa li għalihom il-konċentrazzjonijiet ikunu ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni; hija rrakkomandata l-parteċipazzjoni għal sustanzi niġġiesa oħra; jekk din il-parteċipazzjoni tipproduċi riżultati mhux sodisfaċenti, il-laboratorju nazzjonali għandu juri, meta jieħu sehem fil-paragun bejn il-laboratorji li jkun imiss, miżuri ta’ rimedju sodisfaċenti, u jipprovdi rapport lill-JRC dwar dawn il-miżuri;

(f)

il-laboratorji nazzjonali ta’ referenza jappoġġaw ix-xogħol magħmul min-Network Ewropew ta’ Laboratorji Nazzjonali ta’ Referenza stabbiliti mill-JRC;

(g)

in-network Ewropew tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali jkun responsabbli għar-rieżami perjodiku, mill-inqas kull 5 snin, tal-inċertezzi tal-kejl tal-kejl fiss u tal-kejl indikattiv elenkati fil-Punt A, it-Tabelli 1 u 2, ta’ dan l-Anness u l-proposta sussegwenti ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa lill-Kummissjoni.

2. Id- data kollha rrappurtata skont l-Artikolu 23 għandha titqies bħala valida minbarra data …

2.

Id-data kollha rrappurtata skont l-Artikolu 23 għandha titqies bħala valida minbarra data mmarkata bħala proviżorja.

G.   Promozzjoni ta’ approċċi armonizzati ta’ mmudellar tal-kwalità

Biex jippromwovu u jappoġġaw l-użu armonizzat ta’ approċċi ta’ mmudellar tal-kwalità tal-arja xjentifikament tajbin mill-awtoritajiet kompetenti b’enfasi fuq l-applikazzjoni tal-mudell, l-awtoritajiet kompetenti xierqa u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

li l-istituzzjonijiet ta’ referenza maħtura jipparteċipaw fin-network Ewropew tal-immudellar tal-kwalità tal-arja stabbilit mill-JRC;

(b)

li l-aħjar prattiki fl-immudellar tal-kwalità tal-arja identifikati min-network permezz ta’ kunsens xjentifiku jiġu adottati f’applikazzjonijiet rilevanti tal-immudellar tal-kwalità tal-arja għall-finijiet tal-issodisfar tar-rekwiżiti legali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għall-adattamenti tal-mudell meħtieġa minħabba ċirkostanzi uniċi;

(c)

li l-kwalità tal-applikazzjonijiet rilevanti tal-immudellar tal-kwalità tal-arja tiġi ċċekkjata u mtejba perjodikament permezz ta’ eżerċizzji ta’ paragun bejn il-laboratorji organizzati mill-JRC;

(d)

li n-network Ewropew tal-immudellar tal-kwalità tal-arja jkun responsabbli għar-rieżami perjodiku, mill-inqas kull 5 snin, tal-proporzjon massimu tal-inċertezzi tal-kejl elenkati fil-Punt A, it-Tabelli 1 u 2, ta’ dan l-Anness u l-proposta sussegwenti ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa lill-Kummissjoni.


(1)  Meta jintuża kejl indikattiv għal skopijiet għajr għall-valutazzjoni tal-konformità, bħal, iżda mhux biss: it-tfassil jew ir-rieżami tan-network ta’ monitoraġġ, il-kalibrar u l-validazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, l-inċertezza tista’ tkun dik stabbilita għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

(2)  Meta jintuża kejl indikattiv għal skopijiet għajr għall-valutazzjoni tal-konformità, bħal, iżda mhux biss: it-tfassil jew ir-rieżami tan-network ta’ monitoraġġ, il-kalibrar u l-validazzjoni tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, l-inċertezza tista’ tkun dik stabbilita għall-applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

(3)  Il-livell limitu għandu jkun stabbilit għal 4, 3, 10, 3 u 5 μg/m3 għall-PM10, il-PM2,5, l-O3, l-NO2 u l-SO2, rispettivament, u 0,5 mg/m3 għas-CO. Dawn il-valuri jirrappreżentaw l-istat tal-għarfien u għandhom jiġu aġġornati regolarment mill-inqas kull 5 snin, biex jirriflettu l-iktar żviluppi avvanzati.

(4)  Għall-O3, ir-rekwiżiti minimi ta’ kopertura tad-data għandhom jiġu ssodisfati kemm għas-sena kalendarja sħiħa, kif ukoll għall-perjodi minn April sa Settembru, u minn Ottubru sa Marzu, rispettivament.

Il-valutazzjoni tal-AOT40 għar-rekwiżiti minimi tal-kopertura tad-data dwar l-ożonu għandhom jiġu ssodisfati matul il-perjodu ta’ żmien definit għall-kalkolu tal-valur tal-AOT40.

(5)  Għall-O3, il-kopertura minima tad-data tapplika għall-perjodu minn April sa Settembru (l-ebda kriterju ta’ kopertura minima tad-data ma huwa meħtieġ matul il-perjodu tax-xitwa).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditazzjoni u t-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.