+4. Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu
|
4. Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu
4. Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu Dan li ġej japplika għall-kejl fiss u indikattiv:
|
Tip ta’ punt ta’ kampjunar
|
Għanijiet tal-kejl
|
Rappreżentattività (1)
|
Għażla tas-sit fuq skala makro
|
|
Postijiet bi sfond urban għall-valutazzjonijiet tal-ożonu
|
Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem:
biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni urbana għall-ożonu, jiġifieri meta d-densità tal-popolazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-ożonu jkunu relattivament għolja u jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali.
|
1 sa 10 km2
|
Lil hinn mill-influwenza tal-emissjonijiet lokali bħalma huma t-traffiku, il-pompi tal-petrol, eċċ.;
postijiet arjużi fejn jistgħu jitkejlu livelli mħallta sew; meta jkun rilevanti u safejn ikun possibbli, il-postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, bħal skejjel, playgrounds, sptarijiet u djar għall-anzjani;
postijiet bħalma huma żoni residenzjali u kummerċjali tal-bliet, parks (lil hinn mis-siġar), toroq wesgħin jew pjazez bi ftit li xejn jew xejn traffiku, żoni miftuħa karatteristiċi tal-faċilitajiet edukattivi, sportivi jew rikreattivi.
|
|
Postijiet suburbani għall-valutazzjonijiet tal-ożonu
|
Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:
biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni u tal-veġetazzjoni li jinsabu fil-periferija taż-żona urbana, bl-ogħla livelli ta’ ożonu li għalihom huma mistennija li jkunu esposti l-iktar il-popolazzjoni u l-veġetazzjoni, direttament jew indirettament.
|
10 sa 100 km2
|
F’ċerta distanza miż-żona ta’ emissjonijiet massimi, fid-direzzjoni favur ir-riħ skont id-direzzjoni(jiet) ewlenija/ewlenin tar-riħ waqt kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-formazzjoni tal-ożonu;
fejn il-popolazzjoni, l-għelejjel sensittivi jew l-ekosistemi naturali li jinsabu fil-periferija ta’ barra ta’ żona urbana jkunu esposti għal livelli għolja ta’ ożonu;
meta jkun xieraq, xi punti ta’ kampjunar suburbani wkoll fid-direzzjoni kontra r-riħ taż-żona tal-emissjonijiet massimi, sabiex jiġu determinati l-livelli ta’ ożonu fl-isfond tar-reġjun.
|
|
Postijiet rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu
|
Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:
biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni, tal-għelejjel u tal-ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala subreġjonali.
|
Livelli subreġjonali
(100 sa 1 000 km2)
|
Il-punti ta’ kampjunar jistgħu jkunu f’irħula żgħar/jew żoni b’ekosistemi naturali, foresti jew għelejjel;
rappreżentattivi tal-ożonu lil hinn mill-influwenza ta’ emissjonijiet lokali immedjati bħalma huma dawk minn siti industrijali u toroq;
f’siti miftuħa.
|
|
Postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu
|
Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:
biex jiġu vvalutati l-esponiment ta’ uċuħ tar-raba u ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala reġjonali kif ukoll l-esponiment tal-popolazzjoni.
|
Livelli reġjonali/nazzjonali/kontinentali
(1 000 sa 10 000 km2)
|
Il-punti ta’ kampjunar li jinsabu f’żoni b’densità tal-popolazzjoni iktar baxxa, eż. b’ekosistemi naturali, foresti, f’distanza ta’ mill-inqas 20 km minn żoni urbani u industrijali u lil hinn minn emissjonijiet lokali;
għandhom jiġu evitati postijiet li huma soġġetti għall-formazzjoni lokali ogħla tal-kundizzjonijiet ta’ inverżjoni qrib l-art;
mhumiex rakkomandati siti mal-kosta b’ċikli tal-irjieħ matul il-jum ta’ karattru lokali.
|
Il-postijiet tal-punti ta’ kampjunar għaż-żoni rurali u l-postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu għandhom, meta dan ikun xieraq, jiġu kkoordinati mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 (2).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|