+ANNESS IV Valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali u tal-post tal-punti ta’ kampjunar
---+1. Il-kwalità tal-arja ambjentali għandha tiġi vvalutata fil-postijiet kollha minbarra dawk …
---+2. Il-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira diretti lejn il-protezzjoni tas-saħħa …
---+1. Informazzjoni
---+2. Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem
---+3. Protezzjoni ta’ veġetazzjoni u ta’ ekosistemi naturali
---+4. Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu
---+5. Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività …
---+1. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni kollha …
---+2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-post tal-punti ta’ kampjunar permezz ta’ koordinati …
---+3. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi evidenza rigward ir-raġunijiet għat-tfassil tan-network u …
---+4. Meta f’żona jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva …
---+5. Meta jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonjiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva …
---+6. Għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom japplikaw skrinjar u interpretazzjoni xierqa tad- …
---+7. Meta applikabbli, il-lista ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu, l-għan mixtieq għall-kejl tagħhom …
---+8. Meta applikabbli, l-informazzjoni tal-metodi tal-kejl użati għall-kejl tal-kompożizzjoni kimika …
---+9. Mill-inqas kull ħames snin, il-kriterji tal-għażla, it-tfassil tan-network u l-postijiet …
---+10. Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata wara kull rieżami u bidliet rilevanti oħra …

ANNESS IV Valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali u tal-post tal-punti ta’ kampjunar

ANNESS IV

Valutazzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali u tal-post tal-punti ta’ kampjunar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Il-kwalità tal-arja ambjentali għandha tiġi vvalutata fil-postijiet kollha minbarra dawk …

1.

Il-kwalità tal-arja ambjentali għandha tiġi vvalutata fil-postijiet kollha minbarra dawk elenkati fil-punt 2.

Il-Punti B u C għandhom japplikaw għall-post tal-punti ta’ kampjunar. Il-prinċipji stabbiliti bil-Punti B u C għandhom japplikaw ukoll sakemm dawn ikunu rilevanti fl-identifikazzjoni tal-postijiet speċifiċi li fihom il-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa rilevanti jiġu stabbiliti meta l-kwalità tal-arja ambjentali tiġi vvalutata permezz ta’ kejl indikattiv jew applikazzjonijiet ta’ mmudellar.

2. Il-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira diretti lejn il-protezzjoni tas-saħħa …

2.

Il-konformità mal-valuri limitu u l-valuri fil-mira diretti lejn il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ma għandhiex tiġi vvalutata fil-postijiet li ġejjin:

(a)

kwalunkwe post li jinsab f’żoni fejn il-membri tal-pubbliku ma jkollhomx aċċess u fejn ma hemmx abitazzjoni fissa;

(b)

f’konformità mal-Artikolu 4, il-punt (1), fil-bini tal-fabbriki jew f’siti industrijali li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti kollha rigward is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(c)

fuq il-karreġġjata tat-toroq; u fuq ir-riżervi ċentrali tat-toroq ħlief fejn normalment ikun hemm aċċess għar-riżerva ċentrali għall-persuni bil-mixi jew għaċ-ċikliżmu.

B.   Għażla tas-sit fuq skala makro tal-punti ta’ kampjunar

1. Informazzjoni

1.   Informazzjoni

L-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar għandha tqis id-data nazzjonali f’forma ta’ grilja tal-emissjonijiet irrapportati skont id-Direttiva (UE) 2016/2284, id-data dwar l-emissjonijiet irrapportata skont ir-Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u, meta jkunu disponibbli, l-inventarji tal-emissjonijiet lokali.

2. Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

2.   Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem

(a)

L-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem għandha ssir b’tali mod li tiġi provduta data affidabbli dwar dan kollu li ġej:

(i)

il-livelli ta’ konċentrazzjoni fil-hotspots tat-tniġġis tal-arja fiż-żoni;

(ii)

il-livelli ta’ konċentrazzjoni f’partijiet oħra fiż-żoni li jkunu rappreżentattivi tal-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali, kemm f’postijiet bi sfond urban kif ukoll f’postijiet bi sfond rurali;

(iii)

għall-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi, ir-rati ta’ depożizzjoni li jirrappreżentaw l-esponiment indirett tal-popolazzjoni tul il-katina alimentari;

(b)

l-għażla tas-sit tal-punti ta’ kampjunar ġeneralment għandha ssir b’mod li jiġi evitat il-kejl ta’ mikroambjenti fil-viċinat immedjat tal-punt ta’ kampjunar, li jfisser li l-għażla tas-sit tal-punt ta’ kampjunar għandha ssir, meta dan ikun fattibbli, b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu l-kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja f’segment ta’ triq ta’ mhux inqas minn 100 m fit-tul f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-traffiku tat-triq, tal-inqas 25 m × 25 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mit-tisħin domestiku u tal-inqas 250 m × 250 m f’postijiet fejn jitkejjel il-kontribut mis-siti industrijali jew minn sorsi oħra bħal portijiet jew ajruporti;

(c)

meta l-għan ikun li tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja f’hotspots tat-tniġġis tal-arja, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati f’partijiet fiż-żoni bl-ogħla konċentrazzjonijiet li għalihom il-popolazzjoni iktarx tiġi esposta direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira; tali punti ta’ kampjunar għandhom ikunu jinsabu, meta dan ikun rilevanti u sa fejn ikun possibbli, f’żoni fejn il-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli x’iktarx li jkunu esposti direttament jew indirettament għal perjodu li jkun sinifikanti fir-rigward tal-perjodu tal-medja tal-valuri limitu jew tal-valuri fil-mira, inklużi iżda mhux biss żoni residenzjali, skejjel, sptarijiet, faċilitajiet ta’ għajxien assistit u żoni ta’ uffiċċji;

(d)

is-siti tal-punti ta’ kampjunar fil-postijiet bi sfond urban għandhom jintgħażlu b’mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat tas-sorsi rilevanti kollha. Il-livell ta’ tniġġis ma għandux ikun iddominat minn sors wieħed sakemm din is-sitwazzjoni ma tkunx tipika ta’ żona urbana akbar; dawk il-punti ta’ kampjunar għandhom, bħala regola ġenerali, ikunu rappreżentattivi għal bosta kilometri kwadri;

(e)

il-punti ta’ kampjunar f’postijiet bi sfond rurali għandhom jintgħażlu b’tali mod li l-livell ta’ tniġġis tagħhom ikun influwenzat mill-kontribut integrat minn sorsi rilevanti iżda mhux minn żoni urbani, toroq ewlenin jew siti industrijali fil-viċinanza tagħhom, jiġifieri eqreb minn 5 km;

(f)

meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-traffiku tat-triq, il-punti ta’ kampjunar għandhom jintgħażlu b’tali mod li jipprovdu data dwar it-toroq fejn iseħħu l-ogħla konċentrazzjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-volum tat-traffiku (li jirrappreżenta l-akbar densità tat-traffiku fiż-żona), il-kundizzjonijiet tad-dispersjoni lokali u l-użu tal-art spazjali (pereżempju f’toroq tat-tip canyon);

(g)

meta l-għan ikun li jiġi vvalutat il-kontribut tat-tisħin domestiku, il-punti ta’ kampjunar għandhom jiġu installati favur ir-riħ tas-sorsi ewlenin fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ ta’ dawk is-sorsi;

(h)

meta l-għan ikun li jiġu vvalutati l-kontributi tas-sorsi industrijali, tal-portijiet jew tal-ajruporti, għandu jiġi installat mill-inqas punt ta’ kampjunar wieħed fid-direzzjoni favur ir-riħ tas-sors ewlieni fid-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ fl-eqreb żona residenzjali; meta l-konċentrazzjoni tal-isfond ma tkunx magħrufa, għandu jiġi stabbilit punt ta’ kampjunar addizzjonali fid-direzzjoni kontra r-riħ mis-sors ewlieni, b’mod relattiv għad-direzzjoni predominanti rilevanti tar-riħ; il-punti ta’ kampjunar jistgħu jitqiegħdu f’sit b’tali mod li l-applikazzjoni tal-BAT tkun tista’ tiġi mmonitorjata;

(i)

il-punti ta’ kampjunar għandhom, kemm jista’ jkun, ikunu rappreżentattivi wkoll ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tal-punti ta’ kampjunar; fiż-żoni fejn il-livell ta’ sustanzi niġġiesa tal-arja jkun ogħla mil-livell limitu ta’ valutazzjoni, iż-żona li kull punt ta’ kampjunar ikun rappreżentattiv tagħha, għandha tkun definita b’mod ċar. iż-żona kollha għandha, meta dan ikun possibbli, tkun koperta mill-punti differenti ta’ rappreżentattività definiti għal dawk il-punti ta’ kampjunar; il-konċentrazzjonijiet f’partijiet f’żona li mhumiex koperti mill-punti ta’ kampjunar ta’ dik iż-żona għandhom jiġu vvalutati b’metodi xierqa;

(j)

għandu jittieħed kont tal-ħtieġa li jinstabu punti ta’ kampjunar fuq gżejjer meta dan ikun meħtieġ għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem;

(k)

il-punti ta’ kampjunar li jkejlu l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi għandhom, meta jkun possibbli, jitqiegħdu fl-istess sit mal-punti ta’ kampjunar għall-PM10.

3. Protezzjoni ta’ veġetazzjoni u ta’ ekosistemi naturali

3.   Protezzjoni ta’ veġetazzjoni u ta’ ekosistemi naturali

Il-punti ta’ kampjunar maħsuba għall-protezzjoni tal-veġetazzjoni u tal-ekosistemi naturali għandhom jitqiegħdu f’sit iktar minn 20 km ’il bogħod miż-żoni urbani jew iktar minn 5 km ’il bogħod minn żoni mibnija oħra, siti industrijali jew awtostradi jew toroq prinċipali b’għadd ta’ traffiku ta’ iktar minn 50 000 vettura kuljum, li jfisser li punt ta’ kampjunar għandu jitqiegħed f’sit b’tali mod li l-arja li tagħha jittieħdu kampjuni tkun rappreżentattiva tal-kwalità tal-arja f’żona tal-madwar ta’ mill-inqas 1 000 km2. Stat Membru jista’ jipprevedi li punt ta’ kampjunar jitqiegħed f’sit f’distanza iqsar jew li jkun rappreżentattiv tal-kwalità tal-arja f’żona inqas mifruxa, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi jew l-opportunitajiet biex jiġu protetti żoni partikolarment vulnerabbli.

Għandha titqies il-ħtieġa li tiġi vvalutata l-kwalità tal-arja fuq il-gżejjer.

4. Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu

4.   Kriterji addizzjonali għall-punti ta’ kampjunar tal-ożonu

Dan li ġej japplika għall-kejl fiss u indikattiv:

Tip ta’ punt ta’ kampjunar

Għanijiet tal-kejl

Rappreżentattività (1)

Għażla tas-sit fuq skala makro

Postijiet bi sfond urban għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni urbana għall-ożonu, jiġifieri meta d-densità tal-popolazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-ożonu jkunu relattivament għolja u jirrappreżentaw l-esponiment tal-popolazzjoni ġenerali.

1 sa 10 km2

Lil hinn mill-influwenza tal-emissjonijiet lokali bħalma huma t-traffiku, il-pompi tal-petrol, eċċ.;

postijiet arjużi fejn jistgħu jitkejlu livelli mħallta sew; meta jkun rilevanti u safejn ikun possibbli, il-postijiet iffrekwentati minn popolazzjoni sensittiva u gruppi vulnerabbli, bħal skejjel, playgrounds, sptarijiet u djar għall-anzjani;

postijiet bħalma huma żoni residenzjali u kummerċjali tal-bliet, parks (lil hinn mis-siġar), toroq wesgħin jew pjazez bi ftit li xejn jew xejn traffiku, żoni miftuħa karatteristiċi tal-faċilitajiet edukattivi, sportivi jew rikreattivi.

Postijiet suburbani għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni u tal-veġetazzjoni li jinsabu fil-periferija taż-żona urbana, bl-ogħla livelli ta’ ożonu li għalihom huma mistennija li jkunu esposti l-iktar il-popolazzjoni u l-veġetazzjoni, direttament jew indirettament.

10 sa 100 km2

F’ċerta distanza miż-żona ta’ emissjonijiet massimi, fid-direzzjoni favur ir-riħ skont id-direzzjoni(jiet) ewlenija/ewlenin tar-riħ waqt kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-formazzjoni tal-ożonu;

fejn il-popolazzjoni, l-għelejjel sensittivi jew l-ekosistemi naturali li jinsabu fil-periferija ta’ barra ta’ żona urbana jkunu esposti għal livelli għolja ta’ ożonu;

meta jkun xieraq, xi punti ta’ kampjunar suburbani wkoll fid-direzzjoni kontra r-riħ taż-żona tal-emissjonijiet massimi, sabiex jiġu determinati l-livelli ta’ ożonu fl-isfond tar-reġjun.

Postijiet rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-popolazzjoni, tal-għelejjel u tal-ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala subreġjonali.

Livelli subreġjonali

(100 sa 1 000  km2)

Il-punti ta’ kampjunar jistgħu jkunu f’irħula żgħar/jew żoni b’ekosistemi naturali, foresti jew għelejjel;

rappreżentattivi tal-ożonu lil hinn mill-influwenza ta’ emissjonijiet lokali immedjati bħalma huma dawk minn siti industrijali u toroq;

f’siti miftuħa.

Postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-veġetazzjoni:

biex jiġu vvalutati l-esponiment ta’ uċuħ tar-raba u ekosistemi naturali għal konċentrazzjonijiet ta’ ożonu fuq skala reġjonali kif ukoll l-esponiment tal-popolazzjoni.

Livelli reġjonali/nazzjonali/kontinentali

(1 000 sa 10 000  km2)

Il-punti ta’ kampjunar li jinsabu f’żoni b’densità tal-popolazzjoni iktar baxxa, eż. b’ekosistemi naturali, foresti, f’distanza ta’ mill-inqas 20 km minn żoni urbani u industrijali u lil hinn minn emissjonijiet lokali;

għandhom jiġu evitati postijiet li huma soġġetti għall-formazzjoni lokali ogħla tal-kundizzjonijiet ta’ inverżjoni qrib l-art;

mhumiex rakkomandati siti mal-kosta b’ċikli tal-irjieħ matul il-jum ta’ karattru lokali.

Il-postijiet tal-punti ta’ kampjunar għaż-żoni rurali u l-postijiet bi sfond rurali għall-valutazzjonijiet tal-ożonu għandhom, meta dan ikun xieraq, jiġu kkoordinati mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 (2).

5. Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività …

5.   Il-kriterji sabiex jiġu ddeterminati l-punti ta’ kampjunar taż-żona ta’ rappreżentattività spazjali

Meta tiġi ddeterminata ż-żona ta’ rappreżentattività spazjali, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika tista’ tinkludi dominji mhux kontigwi iżda għandha tkun limitata fl-estensjoni tagħha mill-fruntieri taż-żona li tkun qed tiġi kkunsidrata;

(b)

jekk tiġi vvalutata permezz tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar, għandha tintuża sistema ta’ mmudellar adegwata għall-użu u għandhom jintużaw konċentrazzjonijiet immudellati fil-post tal-punt tal-kampjunar biex jiġi evitat li l-preġudizzji sistematiċi tal-kejl tal-mudell ifixklu l-valutazzjoni;

(c)

jistgħu jiġu kkunsidrati metriċi oħra minbarra l-konċentrazzjonijiet assoluti, pereżempju l-perċentili;

(d)

il-limiti ta’ tolleranza u l-limiti possibbli għas-sustanzi niġġiesa differenti jistgħu jvarjaw skont il-karatteristiċi tal-punt ta’ kampjunar;

(e)

il-medja annwali tal-konċentrazzjoni tas-sustanza niġġiesa osservata għandha tintuża bħala l-metrika tal-kwalità tal-arja għal sena speċifika.

C.   Għażla tas-siti fuq skala mikro tal-punti ta’ kampjunar

Safejn ikun prattikabbli, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-fluss madwar il-bokka tal-punt ta’ kampjunar ma għandux ikun ristrett (b’mod ġenerali jkun ħieles f’ark ta’ mill-inqas 270o, jew, ta’ mill-anqas 180 għall-punti ta’ kampjunar fil-linja tal-bini) mingħajr ebda ostaklu għall-fluss tal-arja qrib il-bokka (mill-anqas 1,5 m ’il bogħod mill-bini, mill-gallariji, mis-siġar u minn ostakli oħra u mill-anqas 0,5 m ’il bogħod mill-eqreb bini fil-każ ta’ punti ta’ kampjunar li jirrappreżentaw il-kwalità tal-arja fil-linja tal-bini);

(b)

b’mod ġenerali, il-bokka tal-punt ta’ kampjunar għandha tkun bejn 0,5 m (iż-żona li fiha jittieħed in-nifs) u 4 m ’il fuq mill-art; għażla tas-siti ogħla tista’ wkoll tkun xierqa jekk il-punt ta’ kampjunar ikun jinstab f’post bi sfond; id-deċiżjoni li tiġi applikata tali għażla tas-siti ogħla għandha tiġi ddokumentata bis-sħiħ;

(c)

is-sonda tal-bokka ma għandhiex titqiegħed fil-qrib immedjat tas-sorsi biex jiġi evitat id-dħul dirett ta’ emissjonijiet mhux imħallta mal-arja ambjentali, li l-membri tal-pubbliku x’iktarx li ma jkunux esposti għalihom;

(d)

l-iżbokk tal-egżost tal-apparat li jieħu l-kampjuni għandha tkun f’pożizzjoni b’mod li tiġi evitata ċ-ċirkulazzjoni mill-ġdid tal-arja tal-egżost għal ġol-bokka tal-apparat li jieħu l-kampjuni;

(e)

għas-sustanzi niġġiesa kollha, is-sondi tal-kampjunar iffukati fuq il-kejl tal-kontribut tat-traffiku tat-triq għandhom ikunu mill-inqas 25 m ’il bogħod mit-tarf tal-punti prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq u mhux iktar minn 10 m mill-bankina; għall-finijiet ta’ dan il-punt, “bankina” tfisser il-linja li tissepara t-traffiku motorizzat minn żoni oħra; “punt prinċipali fejn jiltaqgħu t-toroq” tfisser punt fejn jiltaqgħu t-toroq li jinterrompi l-fluss tat-traffiku u jikkawża emissjonijiet differenti (ta’ waqfien u startjar) mill-bqija tat-triq;

(f)

għall-kejl ta’ depożizzjoni f’postijiet bi sfond, il-linji gwida u l-kriterji tal-EMEP għandhom japplikaw;

(g)

għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punt ta’ kampjunar ikun ippożizzjonat ’il bogħod sew minn sorsi bħal fran u ċmieni ta’ inċinerazzjoni u iktar minn 10 m mill-eqreb triq, b’distanza li tiżdied bħala funzjoni tal-ntensità tat-traffiku;

(h)

il-fatturi li ġejjin jistgħu jitqiesu wkoll:

(i)

is-sorsi ta’ interferenza;

(ii)

is-sigurtà;

(iii)

l-aċċess;

(iv)

id-disponibbiltà tal-enerġija elettrika u l-komunikazzjonijiet bit-telefon;

(v)

il-viżibbiltà tas-sit f’relazzjoni mal-ambjent tal-madwar;

(vi)

is-sigurtà tal-pubbliku u tal-operaturi;

(vii)

l-interess tal-kolokazzjoni tal-punti ta’ kampjunar għal sustanzi niġġiesa differenti;

(viii)

ir-rekwiżiti tal-ippjanar.

D.   L-għażla tas-sit, ir-rieżami u d-dokumentazzjoni tagħha

1. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni kollha …

1.

L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mill-valutazzjoni tal-kwalità tal-arja fiż-żoni kollha għandhom jiddokumentaw bis-sħiħ il-proċeduri għall-għażla tas-sit u jirreġistraw l-informazzjoni biex jappoġġaw it-tfassil tan-network u l-għażla tal-post għas-siti ta’ monitoraġġ kollha. It-tfassil tan-network ta’ monitoraġġ għandu mill-inqas ikun appoġġat jew permezz ta’ applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew permezz ta’ kejl indikattiv.
2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-post tal-punti ta’ kampjunar permezz ta’ koordinati …

2.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi l-post tal-punti ta’ kampjunar permezz ta’ koordinati spazjali, ritratti u mapep dettaljati u ritratti taż-żona ta’ madwar is-siti ta’ monitoraġġ skont il-punti tal-kumpass, u għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività spazjali tal-punti ta’ kampjunar kollha.
3. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi evidenza rigward ir-raġunijiet għat-tfassil tan-network u …

3.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi evidenza rigward ir-raġunijiet għat-tfassil tan-network u turi konformità mal-Punti B u C, b’mod partikolari:

(a)

ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ postijiet rappreżentattivi tal-ogħla livelli ta’ tniġġis fiż-żona jew l-agglomerazzjoni għal kull sustanza niġġiesa;

(b)

raġunijiet għal għażla ta’ postijiet rappreżentattivi tal-esponiment ġenerali tal-popolazzjoni; u;

(c)

kwalunkwe devjazzjoni mill-kriterji tal-għażla tas-siti fuq skala mikro, ir-raġunijiet sottostanti tagħha u l-impatt probabbli fuq il-livelli mkejla.

4. Meta f’żona jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva …

4.

Meta f’żona jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva jew taħlita tagħhom, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji ta’ dawk il-metodi u l-informazzjoni dwar kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9(3).
5. Meta jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonjiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva …

5.

Meta jintuża l-kejl indikattiv, l-applikazzjonjiet ta’ mmudellar jew l-istima oġġettiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw id-data f’forma ta’ grilja rrapportata skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u l-informazzjoni dwar l-emissjonijiet irrapportata skont id-Direttiva 2010/75/UE u, meta disponibbli, l-inventarji tal-emmissjonijiet lokali.
6. Għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom japplikaw skrinjar u interpretazzjoni xierqa tad- …

6.

Għall-kejl tal-ożonu, l-Istati Membri għandhom japplikaw skrinjar u interpretazzjoni xierqa tad-data tal-monitoraġġ fil-kuntest tal-proċessi meteoroloġiċi u fotokimiċi li jaffettwaw il-konċentrazzjonijiet tal-ożonu mkejla fis-siti rispettivi.
7. Meta applikabbli, il-lista ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu, l-għan mixtieq għall-kejl tagħhom …

7.

Meta applikabbli, il-lista ta’ sustanzi prekursuri tal-ożonu, l-għan mixtieq għall-kejl tagħhom u l-metodi użati għall-kampjunar u l-kejl tagħhom għandhom ikunu parti mid-dokumentazzjoni.
8. Meta applikabbli, l-informazzjoni tal-metodi tal-kejl użati għall-kejl tal-kompożizzjoni kimika …

8.

Meta applikabbli, l-informazzjoni tal-metodi tal-kejl użati għall-kejl tal-kompożizzjoni kimika tal-PM2,5 wkoll għandha tkun parti mid-dokumentazzjoni.
9. Mill-inqas kull ħames snin, il-kriterji tal-għażla, it-tfassil tan-network u l-postijiet …

9.

Mill-inqas kull ħames snin, il-kriterji tal-għażla, it-tfassil tan-network u l-postijiet tas-siti ta’ monitoraġġ, definiti mill-awtoritajiet kompetenti fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ dan l-Anness, għandhom jiġu rieżaminati biex jiġi żgurat li jibqgħu validi u ottimali maż-żmien. Dan ir-rieżami għandu jkun appoġġat mill-inqas jew permezz tal-applikazzjonijiet ta’ mmudellar jew tal-kejl indikattiv. Meta permezz tat-tali rieżami jiġi kkonstatat li d-disinn tan-network u l-postijiet tas-sit ta’ monitoraġġ ma għadhomx validi, l-awtorità kompetenti għandha taġġornahom mill-iktar fis possibbli.
10. Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata wara kull rieżami u bidliet rilevanti oħra …

10.

Id-dokumentazzjoni għandha tiġi aġġornata wara kull rieżami u bidliet rilevanti oħra fin-network tal-monitoraġġ, u għandha ssir pubblika permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa.

(1)  Il-punti ta’ kampjunar għandhom, meta dan ikun possibbli, ikunu rappreżentattivi ta’ postijiet simili mhux fil-viċinat immedjat tal-punti ta’ kampjunar.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1737/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2152/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-foresti u l-interazzjonijiet ambjentali fil-Komunità (ĠU L 334, 30.11.2006, p. 1).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.