+ANNESS II Kategoriji u parametri għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ
|
ANNESS II Kategoriji u parametri għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ
ANNESS II
Kategoriji u parametri għall-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ
Tabella 1
Lista indikattiva ta' materjali, ta' tipi u ta' kategoriji tal-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 6
|
Nru tal-Kategorija
|
Materjal tal-imballaġġ predominanti
|
Tip ta' imballaġġ
|
Format (illustrattiv u mhux eżawrjenti)
|
Kulur / Trażmittanza ottika
|
|
1
|
Ħġieġ
|
Ħġieġ u imballaġġ kompost, li l-maġġoranza tiegħu huwa ħġieġ
|
Fliexken, vażetti, kunjetti, vażetti tal-kożmetiċi, bramel, ampolli, fjali magħmula mill-ħġieġ (siliċe tal-ġir tas-soda), bottijiet tal-aerosol
|
—
|
|
2
|
Karta/kartun
|
Imballaġġ tal-karta/kartun
|
Kaxxi, trays, imballaġġ kollettiv, imballaġġ flessibbli tal-karta (eż. riti, folji, boroż, għotjien, koni, tgeżwir)
|
—
|
|
3
|
Karta/kartun
|
Imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa karta/kartun
|
Kartun għall-imballaġġ tal-likwidi, u tazzi tal-karta (jiġifieri laminati bil-poljolefina u bl-aluminju jew mingħajru), trays, platti u tazzi, karta/kartun laminat(a) metallizzat(a) jew tal-plastik, karta/kartun b'inforri/twieqi tal-plastik
|
—
|
|
4
|
Metall
|
Azzar u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa azzar
|
Formati riġidi (bottijiet tal-aerosol, bottijiet, laned taż-żebgħa, kaxxi, trays, ċilindri, tubi) magħmula mill-azzar, inkluż pjanċa stanjata u azzar inossidabbli
|
—
|
|
5
|
Metall
|
Aluminju u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa aluminju – riġidu
|
Formati riġidi (laned tal-ikel u bottijiet tax-xorb, fliexken, aerosols, ċilindri, tubi, bottijiet, kaxxi, trays) magħmula mill-aluminju
|
—
|
|
6
|
Metall
|
Aluminju u imballaġġ kompost li l-maġġoranza tiegħu huwa aluminju – semiriġidu u flessibbli
|
Formati semiriġidi u flessibbli (kontenituri u trays, tubi, fojls, fojl flessibbli) magħmula mill-aluminju
|
—
|
|
7
|
Plastik
|
PET – riġidu
|
Fliexken u flasks
|
Trasparenti ċar / ikkulurit, opak
|
|
8
|
Plastik
|
PET – riġidu
|
Formati riġidi għajr fliexken u flasks (inkluż qsari, bramel, vażetti, tazzi, trays u kontenituri b'saff wieħed u b'ħafna saffi, bottijiet tal-aerosol)
|
Trasparenti ċar / ikkulurit, opak
|
|
9
|
Plastik
|
PET – flessibbli
|
Riti
|
Naturali / ikkulurit
|
|
10
|
Plastik
|
PE – riġidu
|
Kontenituri, fliexken, trays, qsari u tubi
|
Naturali / ikkulurit
|
|
11
|
Plastik
|
PE – flessibbli
|
Riti, inkluż imballaġġ b'ħafna saffi u b'ħafna materjali
|
Naturali / ikkulurit
|
|
12
|
Plastik
|
PP – riġidu
|
Kontenituri, fliexken, trays, qsari u tubi
|
Naturali / ikkulurit
|
|
13
|
Plastik
|
PP – flessibbli
|
Riti, inkluż imballaġġ b'ħafna saffi u b'ħafna materjali
|
Naturali / ikkulurit
|
|
14
|
Plastik
|
HDPE u PP – riġidi
|
Ċestuni u pallets, folji tal-plastik ikkorrugat
|
Naturali / ikkulurit
|
|
15
|
Plastik
|
PS u XPS – riġidi
|
Formati riġidi (inkluż imballaġġ għall-prodotti tal-ħalib, trays, tazzi u kontenituri oħra tal-ikel)
|
Naturali / ikkulurit
|
|
16
|
Plastik
|
EPS – riġidu
|
Formati riġidi (inkluż kvievet / apparati elettrodomestiċi kbar u trays)
|
Naturali / ikkulurit
|
|
17
|
Plastik
|
Plastik riġidu ieħor (eż. PVC, PC) inkluż b'ħafna materjali – riġidu
|
Formati riġidi, inkluż kontenituri intermedji għal kwantitajiet kbar, ċilindri
|
—
|
|
18
|
Plastik
|
Plastik flessibbli ieħor inkluż b'ħafna materjali – flessibbli
|
Boroż, blisters, imballaġġ iffurmat bis-sħana, imballaġġ b'vakwu, imballaġġ b'atmosfera modifikata/umdità modifikata, inkluż kontenituri intermedji flessibbli għal kwantitajiet kbar, basktijiet, riti li jiġġebbdu
|
—
|
|
19
|
Plastik
|
Plastik bijodegradabbli (1) riġidu (eż. PLA, PHB) u flessibbli (eż. PLA)
|
Formati riġidi u flessibbli
|
—
|
|
20
|
Injam, sufra
|
Imballaġġ tal-injam, inkluż is-sufra
|
Pallets, kaxxi, ċestuni
|
—
|
|
21
|
Tessuti
|
Fibri tat-tessuti naturali u sintetiċi
|
Boroż
|
—
|
|
22
|
Ċeramika jew oġġetti magħmula mill-ġebla tal-porċellana
|
Tafal, ġebel
|
Qsari, kontenituri, fliexken, vażetti
|
—
|
Tabella 2
Lista indikattiva ta' materjali u ta' kategoriji tal-imballaġġ imsemmija fl-Artikolu 6
|
Materjali
|
Kategoriji
|
Ħolqa għat-Tabella 1, l-Anness II
|
|
Plastik
|
PET riġidu
|
kategoriji 7, 8
|
|
PE riġidu, PP riġidu, HDPE u PP riġidu
|
kategoriji 10, 12, 14
|
|
Riti/flessibbli
|
kategoriji 9, 11, 13, 18
|
|
PS, XPS, EPS
|
kategoriji 15, 16
|
|
Plastik riġidu ieħor
|
kategorija 17
|
|
Bijodegradabbli (riġidu u flessibbli)
|
kategorija 19
|
|
Karta/kartun
|
Karta/kartun (minbarra kartun għall-imballaġġ tal-likwidi)
|
kategoriji 2, 3
|
|
Kartun għall-imballaġġ tal-likwidi
|
kategorija 3
|
|
Metall
|
Aluminju
|
kategoriji 5, 6
|
|
Azzar
|
kategorija 4
|
|
Ħġieġ
|
Ħġieġ
|
kategorija 1
|
|
Injam
|
Injam, sufra
|
kategorija 20
|
|
Oħrajn
|
Tessuti, ċeramika/porċellana u oħrajn
|
kategoriji 21, 22
|
Tabella 3
Gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà
Ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ għandha tiġi espressa fil-gradi A, B jew C tal-prestazzjoni.
Mill-2030, il-prestazzjoni tar-riċiklabbiltà hija bbażata fuq il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ. Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandhom jiżguraw iċ-ċirkolarità tal-użu tal-materja prima sekondarja li tirriżulta li tkun ta' kwalità suffiċjenti biex tissostitwixxi l-materja prima primarja.
Il-valutazzjoni bbażata fuq il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ għandha titwettaq għal kull kategorija tal-imballaġġ elenkata fit-Tabella 1, filwaqt li titqies il-metodoloġija stabbilita skont l-Artikolu 6(4) u l-atti delegati relatati, kif ukoll il-parametri stabbiliti fit-Tabella 4. Wara li jintiżnu l-kriterji għal kull unità tal-imballaġġ, din tiġi kklassifikata fil-kategoriji A, B jew C. Meta unità tal-imballaġġ tkun taħt 70 % tal-grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà, din titqies mhux konformi mal-gradi ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà u għalhekk l-imballaġġ ser jitqies teknikament mhux riċiklabbli u t-tqegħid tiegħu fis-suq għandha tkun ristretta.
Mill-2035, għandu jiżdied fattur ġdid mal-valutazzjoni tar-riċiklabbiltà tal-imballaġġ, li huwa l-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira. Konsegwentement, għandha ssir valutazzjoni ġdida bbażata fuq il-kwantità (piż) tal-materjal effettivament riċiklat minn kull waħda mill-kategoriji tal-imballaġġ f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 6(5). Il-limiti relatati mal-ammont annwali ta' materjal tal-imballaġġ riċiklat għall-konformità mal-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira għandhom jiġu definiti b'kont meħud tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 3(1), il-punt (39).
|
2030
|
2035
|
2038
|
|
Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà
|
Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)
Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż
|
Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għad-DfR)
|
Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)
Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż
|
Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira (RaS))
|
Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà
|
Disinn għar-riċiklaġġ (DfR)
Valutazzjoni tar-riċiklabbiltà għal kull unità, f'termini ta' piż
|
Grad ta' prestazzjoni tar-riċiklabbiltà (għall-valutazzjoni riċiklat fuq skala kbira)
|
|
Grad A
|
ogħla jew ugwali għal 95 %
|
Grad A
|
ogħla jew ugwali għal 95 %
|
Grad A RaS
|
Grad A
|
ogħla jew ugwali għal 95 %
|
Grad A RaS
|
|
Grad B
|
ogħla jew ugwali għal 80 %
|
Grad B
|
ogħla jew ugwali għal 80 %
|
Grad B RaS
|
Grad B
|
ogħla jew ugwali għal 80 %
|
Grad B RaS
|
|
Grad C
|
ogħla jew ugwali għal 70 %
|
Grad C
|
ogħla jew ugwali għal 70 %
|
Grad C Ras
|
Grad C
MA JISTAX JITQIEGĦED FIS-SUQ
|
ogħla jew ugwali għal 70 %
|
Grad C Ras
|
|
TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI
|
inqas minn 70 %
|
TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI
|
inqas minn 70 %
|
MHUX RIĊIKLAT FUQ SKALA KBIRA
(taħt il-limiti tal-Artikolu 3(1), il-punt (39).
|
TEKNIKAMENT MHUX RIĊIKLABBLI
|
inqas minn 70 %
|
MHUX RIĊIKLAT FUQ SKALA KBIRA
(taħt il-limiti tal-Artikolu 3(1), il-punt (39).
|
Tabella 4
Lista mhux eżawrjenti ta' parametri għall-istabbiliment tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ skont l-Artikolu 6
Il-lista f'din it-Tabella għandha tintuża bħala bażi meta jiġu ddefiniti l-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ, kif stipulat fl-Artikolu 6(4). Il-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ imbagħad għandhom jintużaw sabiex jiġu stabbiliti l-kalkoli li jwasslu għall-gradi ta' prestazzjoni elenkati fit-Tabella 3. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tal-parametri stipulati f'dik il-lista għandha tqis:
|
—
|
is-separabbiltà ta' kwalunkwe komponent tal-imballaġġ, jew manwalment mill-utenti finali jew fl-impjanti tal-ipproċessar,
|
|
—
|
l-effiċjenza tal-proċessi tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ, pereżempju r-rendiment,
|
|
—
|
l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ (biex jiġi indirizzat l-aspett fejn l-imballaġġ ma jkunx jista' jiġi separat fil-preżent, iżda forsi jista' jiġi separat fi żmien sentejn), u
|
|
—
|
il-preservazzjoni tal-funzjonalità tal-materja prima sekondarja li tippermetti s-sostituzzjoni tal-materja prima primarja.
|
Il-funzjonalità tal-imballaġġ li l-parametri li ġejjin jipprovdu lill-imballaġġ għandha titqies fl-istabbiliment tal-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ.
|
Parametri għall-kriterji tad-disinn għar-riċiklaġġ
|
Rilevanza tal-parametru
|
|
Addittivi
|
L-addittivi spiss jirreferu għal sustanzi miżjuda mal-materjali biex jagħtuhom proprjetajiet speċifiċi. Il-preżenza ta' addittivi fil-kontenituri tal-imballaġġ tista' tirriżulta f'separazzjoni skorretta tal-materjali tal-imballaġġ matul il-proċess tas-separazzjoni u tikkontamina l-materja prima sekondarja miksuba.
|
|
Tikketti
|
Ir-rata ta' kopertura tat-tikketti tista' taffettwa l-effiċjenza tal-proċess tas-separazzjoni. Il-materjal li minnu tkun magħmula t-tikketta u t-tip ta' kolla jew adeżiv jaffettwaw ukoll il-kwalità tal-materja prima sekondarja.
|
|
Envelops
|
Ir-rata ta' kopertura tal-envelops fuq l-imballaġġ ewlieni taffettwa l-possibbiltajiet ta' separazzjoni. Barra minn hekk, l-użu ta' envelops jista' jaffettwa l-kapaċità li jiġu sseparati mill-imballaġġ ewlieni.
Il-materjal li minnu jkun magħmul l-envelop jista' jaffettwa kemm il-kapaċità ta' separazzjoni kif ukoll ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.
|
|
Għeluq u komponenti żgħar oħra tal-imballaġġ
|
Għeluq jirreferi għal komponenti li jintużaw biex jingħalaq jew jiġi ssiġillat l-imballaġġ. Jista' jkun hemm tipi differenti ta' għeluq, riġidu jew flessibbli, bħal tgeżwir li jiċkien fid-daqs li jħalli marka tat-tbagħbis, inforri, tappijiet, għotjien, siġilli, valvoli, eċċ.
Il-materjal li minnu jkun magħmul l-għeluq jista' jaffettwa kemm il-kapaċità ta' separazzjoni kif ukoll ir-riċiklabbiltà tal-imballaġġ.
Għeluq li ma jkunx imwaħħal sew mal-imballaġġ jista' jżid ir-rimi bl-addoċċ fi spazji pubbliċi.
Il-komponenti ż-żgħar tal-imballaġġ imwaħħla mal-imballaġġ ewlieni jistgħu jaffettwaw is-separabbiltà u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Barra minn hekk, il-komponenti jistgħu jintilfu fil-proċess tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ.
|
|
Adeżivi
|
L-adeżivi jistgħu jintużaw b'mod li jkunu jistgħu jiġu separati faċilment fil-proċess tar-riċiklaġġ jew mill-utent finali, jew b'mod li ma jaffettwawx l-effiċjenza tal-proċessi tas-separazzjoni u r-riċiklaġġ. Il-preżenza ta' residwi adeżivi fuq l-imballaġġ tista' tnaqqas il-kwalità (purità) tal-materja prima sekondarja.
L-adeżivi li jistgħu jinħaslu jistgħu jiżguraw is-separazzjoni mill-imballaġġ ewlieni u li ma jibqa' l-ebda residwu adeżiv fil-materja prima sekondarja.
|
|
Kuluri
|
Il-kuluri huma sustanzi li jagħtu l-kulur lill-materjal tal-imballaġġ.
Il-materjali tal-karta jew tal-plastik b'ħafna żebgħa jistgħu joħolqu problemi fir-rigward tas-separazzjoni u jistgħu jnaqqsu l-kwalità tal-materja prima sekondarja.
|
|
Kompożizzjoni tal-materjal
|
Huwa preferibbli li jintuża materjal wieħed jew kombinamenti ta' materjali li jippermettu separazzjoni faċli u jiżguraw rendiment għoli ta' materja prima sekondarja.
|
|
Kisi/Kisi ta' protezzjoni
|
Il-materjal jew is-sustanza miżjuda biex tagħti proprjetajiet ta' protezzjoni (kisi ta' protezzjoni), jew varjetà ta' materjali applikati fuq il-wiċċ biex jagħtu proprjetajiet oħra (kisi).
Il-preżenza ta' kisi jew kisi ta' protezzjoni fl-imballaġġ tista' tagħmel ir-riċiklaġġ aktar diffiċli. Huma preferibbli kombinamenti li jiżguraw rendiment għoli ta' materja prima sekondarja.
|
|
Linka u verniċ / stampar / kodifikazzjoni
|
Il-linka u l-lacquer huma taħlitiet ta' sustanzi kuluranti ma' sustanzi oħra applikati fuq il-materjal permezz ta' proċess ta' stampar jew kisi (linka) jew inkella kisi protettiv magħmul mir-reżina jew mill-ester taċ-ċelluloża, jew it-tnejn, maħlula f'solvent volatili (lacquer). Il-kodifikazzjoni tirreferi għall-istampar applikat direttament fuq l-imballaġġ għall-bejgħ għall-fini ta' kodifikazzjoni tal-lottijiet u informazzjoni u markar ieħor.
L-użu tal-linka b'sustanzi ta' tħassib itellef ir-riċiklaġġ, billi dawk l-unitajiet ta' imballaġġ ma jistgħux jiġu riċiklati. Meta tiġi rilaxxata, il-linka tal-istampar tista' tikkontamina l-fluss tar-riċiklaġġ mill-ilma tal-ħasil. Bl-istess mod, il-linka tal-istampar li ma tiġix rilaxxata tista' ttellef t-trasparenza tal-fluss tar-riċiklaġġ.
|
|
Residwi tal-prodott / faċilità tat-tbattil
|
Ir-residwi tal-kontenut tal-imballaġġ jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta' separazzjoni u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Id-disinn tal-imballaġġ għandu jippermetti t-tbattil faċli tal-kontenut tiegħu u meta jintrema għandu jkun f'kundizzjoni mbattla għalkollox.
|
|
Faċilità taż-żarmar
|
Il-komponenti li jkunu mwaħħla sew ma' xulxin jistgħu jaffettwaw il-kapaċità ta' separazzjoni u r-riċiklabbiltà tal-imballaġġ. Id-disinn tal-imballaġġ jista' jiffaċilita l-possibbiltà li l-komponenti differenti jiġu sseparati fi flussi ta' materjali differenti.
|
(1) Niġbdu l-attenzjoni li din il-kategorija fiha plastik li huwa faċilment bijodegradabbli (jiġifieri huwa ppruvat li fi żmien 6 xhur jista' jikkonverti >90 % tal-materjal oriġinali f'CO2, ilma u minerali permezz ta' proċessi bijoloġiċi) u irrispettivament mill-materja prima użata għall-produzzjoni tiegħu. Polimeri b'bażi bijoloġika li mhumiex faċilment bijodegradabbli huma koperti fil-kategoriji rilevanti l-oħra tal-plastik.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|