+ANNESS IX Informazzjoni għar-reġistrazzjoni u għar-rapportar lir-reġistru msemmi fl-Artikolu 44
---+1. L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat …
---+2. Meta organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun inkarigata …
---+3. Fejn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tkun ġiet …
---+1. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(7): (a) il-kodiċi …
---+2. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(8): (a) il-kodiċi …
---+3. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(10): (a) …

ANNESS IX Informazzjoni għar-reġistrazzjoni u għar-rapportar lir-reġistru msemmi fl-Artikolu 44

ANNESS IX

Informazzjoni għar-reġistrazzjoni u għar-rapportar lir-reġistru msemmi fl-Artikolu 44

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat …

1.

L-informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għall-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-ismijiet tad-ditti (jekk disponibbli) li taħthom il-produttur iqiegħed l-imballaġġ tiegħu, inkluż l-imballaġġ ta’ prodotti fl-imballaġġ, għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru u l-indirizz tal-produttur inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, jekk ikun hemm, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika, li jindikaw punt ta' kuntatt uniku;

(b)

fejn produttur ikun awtorizza rappreżentant awtorizzat biex iwettaq f'ismu l-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punt (a): l-isem u l-indirizz inkluż il-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant awtorizzat;

(c)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali tiegħu jew in-numru ta' reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew jew nazzjonali;

(d)

dikjarazzjoni dwar kif il-produttur jissodisfa r-responsabbiltajiet tiegħu skont l-Artikolu 45, inkluż ċertifikat maħruġ mill-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi meta jkun japplika l-Artikolu 46(1).

2. Meta organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun inkarigata …

2.

Meta organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tkun inkarigata bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-produttur għandha tinkludi l-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inklużi l-kodiċi postali u l-post, it-triq u n-numru, il-pajjiż, it-telefown, l-indirizz web u l-indirizz tal-posta elettronika u l-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, inkluż in-numru tar-reġistru kummerċjali jew numru ta' reġistrazzjoni uffiċjali ekwivalenti u n-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa Ewropew jew nazzjonali tal-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi, il-mandat tal-produttur irrappreżentat, u dikjarazzjoni mill-produttur jew, meta applikabbli, mir-rappreżentant awtorizzat tal-produttur għar-responsabbiltà estiża tal-produttur jew għall-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tiddikjara li l-informazzjoni pprovduta hija vera.
3. Fejn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tkun ġiet …

3.

Fejn organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi li tkun ġiet inkarigata mill-produttur bit-twettiq tal-obbligi tar-responsabbiltà estiża tal-produttur kif imsemmi fl-Artikolu 46(1), twettaq l-obbligu ta' reġistrazzjoni stipulat fl-Artikolu 44, din għandha tipprovdi, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt 1 ta’ dan il-Parti:

(a)

l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż il-kodiċijiet postali u l-postijiet, it-toroq u n-numri, il-pajjiżi, it-telefowns, l-indirizzi web u l-indirizzi tal-posta elettronika tal-produtturi rrappreżentati;

(b)

il-mandat ta' kull produttur irrappreżentat, meta applikabbli;

(c)

meta l-organizzazzjoni b'kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi tirrappreżenta aktar minn produttur wieħed, indikazzjoni separata ta’ kif kull wieħed mill-produtturi rappreżentati jissodisfa r-responsabbiltajiet stipulati fl-Artikolu 45.

Parti B

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar

1. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(7): (a) il-kodiċi …

1.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(7):

(a)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur;

(b)

il-perjodu ta' rapportar;

(c)

il-kwantitajiet skont il-piż tal-kategoriji tal-imballaġġ kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness II li l-produttur iqiegħed għad-dispożizzjoni fit-territorju tal-Istat Membru għall-ewwel darba jew li l-produttur jispakkja mingħajr ma jkun l-utent finali;

(d)

arranġamenti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-produttur fir-rigward tal-imballaġġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru jew minn fejn il-prodotti fl-imballaġġ jiġu spakkjati mill-produttur li ma jkunx l-utenti finali.

2. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(8): (a) il-kodiċi …

2.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(8):

(a)

il-kodiċi ta' identifikazzjoni nazzjonali tal-produttur;

(b)

il-perjodu ta' rapportar;

(c)

informazzjoni dwar it-tipi ta' imballaġġ stipulati fit-Tabella 1 ta' dan il-punt;

(d)

arranġamenti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-produttur fir-rigward tal-imballaġġ li jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-ewwel darba fit-territorju tal-Istat Membru jew minn fejn il-prodotti fl-imballaġġ jiġu spakkjati mill-produttur li ma jkunx l-utenti finali.

Tabella 1

 

Kwantitajiet skont il-piż imqiegħed fit-territorju tal-Istat Membru jew spakkjat

Ħġieġ

 

Plastik

 

Karta/kartun

 

Metall ferruż

 

Aluminju

 

Injam

 

Oħrajn

 

Total

 

3. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(10): (a) …

3.

Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata għar-rapportar skont l-Artikolu 44(10):

(a)

il-kwantitajiet, skont il-piż, għal kull kategorija ta' skart mill-imballaġġ, kif definit fit-Tabella 2 tal-Anness II, miġbura fl-Istat Membru u mibgħuta għas-separazzjoni;

(b)

il-kwantitajiet, skont il-piż, għal kull kategorija tal-iskart mill-imballaġġ riċiklat, irkuprat u mormi fl-Istat Membru jew li jiġi ttrasportat fl-Unjoni jew f'pajjiż terz kif stipulat fit-Tabella 3 tal-Anness XII;

(c)

il-kwantitajiet, skont il-piż, ta' fliexken tax-xorb tal-plastik li jintużaw darba biss miġbura separatament li ma jesgħux aktar minn tliet litri u kontenituri tax-xorb tal-metall li jintużaw darba biss li ma jesgħux aktar minn tliet litri, kif stipulat fit-Tabella 5 tal-Anness XII.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.