+Artikolu 12 Għarfien tar-rekwiżiti

Artikolu 12 Għarfien tar-rekwiżiti

Artikolu 12

Għarfien tar-rekwiżiti

L-entitajiet marbutin b’obbligu għandhom jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-impjegati tagħhom jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli li l-funzjoni tagħhom tkun tirrikjedi hekk, inkluż li l-aġenti u d-distributuri tagħhom ikunu konxji tar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2023/1113, u kwalunkwe att amministrattiv maħruġ minn kwalunkwe superviżur, u tal-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tan-negozju, il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli interni fis-seħħ fl-entità marbuta b’obbligu, inkluż fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Il-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni tal-impjegati jew il-persuni f’pożizzjonijiet komparabbli, inkluż l-aġenti u d-distributuri, fi programmi ta’ taħriġ speċifiku kontinwu li jgħinuhom jagħrfu l-operazzjonijiet li jistgħu jkunu relatati mal-ħasil tal-flus jew mal-finanzjament tat-terroriżmu u li jagħtuhom struzzjonijiet dwar kif għandhom jipproċedu f’każijiet bħal dawn. Tali programmi ta’ taħriġ għandhom ikunu xierqa għall-funzjonijiet jew l-attivitajiet tagħhom u għar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li għalihom tkun esposta l-entità marbuta b’obbligu, u għandhom jiġu ddokumentati kif xieraq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit