+Artikolu 33 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali
---+Artikolu 33 1.
---+Artikolu 33 2.
---+Artikolu 33 3.
---+Artikolu 33 4.
---+Artikolu 33 5.

Artikolu 33 Perjodi ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1.
Is-setgħa tal-Kummissjoni li tinforza deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikoli 30 u 31 għandha tkun soġġetta għal perjodu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.
Artikolu 33 2.
Iż-żmien għandu jibda jiddekorri mill-jum meta d-deċiżjoni ssir finali.
Artikolu 33 3.

Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi interrott:

(a) 

b’notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-varjazzjoni; jew

(b) 

bi kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ Stat Membru, li jaġixxi skont talba tal-Kummissjoni, maħsuba biex tinforza l-pagament tal-multa jew tal-pagament perjodiku ta’ penali.

Artikolu 33 4.
Kull interruzzjoni għandha tibda d-dekorrenza taż-żmien mill-ġdid.
Artikolu 33 5.

Il-perjodu ta’ preskrizzjoni għall-infurzar ta’ penali għandu jiġi sospiż sakemm:

(a) 

jingħata l-ħin għall-pagament; jew

(b) 

l-infurzar tal-pagament ikun sospiż skont deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jew skont deċiżjoni minn qorti nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit