+Artikolu 104b Rekwiżiti għall-post tan-negozjar
---+Artikolu 104b 1.
---+Artikolu 104b 2.
---+Artikolu 104b 3.
---+Artikolu 104b 4.
---+Artikolu 104b 5.
---+Artikolu 104b 6.
|
Artikolu 104b Rekwiżiti għall-post tan-negozjar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104b 1.
|
Għall-fini tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq f'konformità mal-approċċ imsemmi fl-Artikolu 325(1), il-punt (b), l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu postijiet tan-negozjar u għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar tagħhom u mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom imsemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu lil wieħed minn dawk il-postijiet tan-negozjar. Il-pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar għandhom jiġu attribwiti lill-istess post tan-negozjar fil-każ biss meta dawk il-pożizzjonijiet ikunu konformi mal-istrateġija tan-negozjar miftiehma għal dak il-post tan-negozjar u jkunu ġestiti u mmonitorjati b'mod konsistenti f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 104b 2.
|
Il-postijiet tan-negozjar tal-istituzzjonijiet għandhom dejjem jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
kull post tan-negozjar għandu jkollu strateġija tan-negozjar u struttura tal-ġestjoni tar-riskju ċara u distintiva li hija adegwata għall-istrateġija tan-negozjar tiegħu;
(b)
kull post tan-negozjar għandu jkollu struttura organizzattiva ċara; pożizzjonijiet f'post tan-negozjar partikolari għandhom jiġu ġestiti minn negozjanti deżjinati fi ħdan l-istituzzjoni; kull negozjant għandu jkollu funzjonijiet dedikati fil-post tan-negozjar; kull negozjant għandu jiġi assenjat għal post tan-negozjar wieħed biss;
(c)
għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-pożizzjoni f'kull post tan-negozjar skont l-istrateġija tan-negozjar ta' dak il-post tan-negozjar;
(d)
tal-inqas darba f'ġimgħa, għandhom jiġu prodotti rapporti dwar l-attivitajiet, il-profittabbiltà, il-ġestjoni tar-riskju u r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-post tan-negozjar, li għandhom jintbagħtu lill-korp maniġerjali fuq bażi regolari;
(e)
kull post tan-negozjar għandu jkollu pjan ta' direzzjoni tan-negozju annwali ċar li jinkludi politika ta' remunerazzjoni definita sew abbażi ta' kriterji sodi wżati għall-kejl tal-prestazzjoni;
(f)
rapporti dwar pożizzjonijiet li jimmaturaw, ksur ta' limiti tan-negozjar fl-istess jum, ksur ta' limiti tan-negozjar ta' kuljum u azzjonijiet meħuda mill-istituzzjoni biex tindirizza dak il-ksur, kif ukoll il-valutazzjonijiet tal-likwidità tas-suq għandhom ikunu ppreparati għal kull post tan-negozjar fuq bażi ta' kull xahar u jkunu disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 104b 3.
|
B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 2, istituzzjoni tista' tassenja lil negozjant aktar minn post tan-negozjar wieħed, dment li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tagħha li l-ħidma saret minħabba l-konsiderazzjonijiet tan-negozju jew tar-riżorsi u l-ħidma tippreserva r-rekwiżiti kwalitattivi oħra stabbiliti f'dan l-Artikolu applikabbli għal negozjanti u postijiet tan-negozjar.
|
|
Artikolu 104b 4.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-mod li bih huma jikkonformaw mal-paragrafu 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu lil istituzzjoni tibdel l-istruttura jew l-organizzazzjoni tal-postijiet tan-negozjar tagħha biex tikkonforma ma' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 104b 5.
|
Sabiex jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw kull waħda mill-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar tagħhom li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet lill-postijiet tan-negozjar stabbiliti f'konformità mal-paragrafu 1 li jimmaniġġjaw ir-riskji li huma simili għar-riskji ta’ dawk il-pożizzjonijiet.
|
|
Artikolu 104b 6.
|
B'deroga mill-paragrafu 5, l-istituzzjonijiet, meta jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għar-riskju tas-suq, jistgħu jistabbilixxu post tan-negozjar wieħed jew aktar li lilu jassenjaw esklużivament pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar li huma soġġetti għal riskju tal-kambju jew għal riskju tal-komoditajiet. Dawk il-postijiet tan-negozjar ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|