+Artikolu 111 Valur tal-iskopertura
---+Artikolu 111 1.
---+Artikolu 111 2.
---+Artikolu 111 3.
---+Artikolu 111 4.
---+Artikolu 111 5.
---+Artikolu 111 6.
---+Artikolu 111 7.
---+Artikolu 111 8.

Artikolu 111 Valur tal-iskopertura

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 111 1.
Il-valur ta' iskopertura ta' element ta' assi għandu jkun il-valur kontabilistiku residwu tagħha wara li jkunu ġew applikati aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110, aġġustamenti tal-valur addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 34 relatati man-negozju tal-portafoll mhux tan-negozjar tal-istituzzjoni, ammonti mnaqqsin f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m), u tnaqqis ieħor minn fondi proprji relatat mal-element ta' assi.
Artikolu 111 2.

Il-valur tal-iskopertura ta' element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ elenkat fl-Anness I għandu jkun il-perċentwal li ġej tal-valur nominali tal-element wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 110 u l-ammonti mnaqqsin f'konformità mal- Artikolu 36(1), il-punt (m):

(a) 

100 % għall-elementi fil-bucket 1;

(b) 

50 % għall-elementi fil-bucket 2;

(c) 

40 % għall-elementi fil-bucket 3;

(d) 

20 % għall-elementi fil-bucket 4;

(e) 

10 % għall-elementi fil-bucket 5.

Artikolu 111 3.

Il-valur tal-iskopertua ta' impenn fuq element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun l-aktar baxx mill-perċentwali li ġejjin tal-valur nominali tal-impenn wara t-tnaqqis tal-aġġustamenti speċifiċi għar-riskju ta' kreditu u l-ammonti mnaqqsin f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m):

(a) 

il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li huwa applikabbli għall-element li fuqu jsir l-impenn;

(b) 

il-perċentwal imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li huwa applikabbli għat-tip ta' impenn.

Artikolu 111 4.
Arranġamenti kuntrattwali offruti minn istituzzjoni, iżda li għadhom ma ġewx aċċettati mill-klijent, li jsiru impenji jekk jiġu aċċettati mill-klijent, għandhom jiġu trattati bħala impenji u l-perċentwal applikabbli għandu jkun dak previst f'konformità mal-paragrafu 2.

Għal arranġamenti kuntrattwali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5, il-punti (10)(a) sa (e), it-tieni subparagrafu, il-perċentwal applikabbli għandu jkun ta' 0 %.

Artikolu 111 5.
Meta istituzzjoni tkun qiegħda tuża l-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju msemmi fl-Artikolu 223, il-valur tal-iskopertura ta' titoli jew ta' komoditajiet mibjugħin, imdaħħla jew mogħtija b'self skont tranżazzjoni li tiffinanzja t-titoli għandu jiżdied bl-aġġustament għall-volatilità xieraq għal tali titoli jew komoditajiet f'konformità mal-Artikoli 223 u 224.
Artikolu 111 6.
Il-valur tal-iskopertura ta' strument ta' derivati elenkat fl-Anness II għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 6, filwaqt li jitqiesu l-effetti tal-kuntratti ta' novazzjoni u ta' ftehimiet oħrajn ta' netting kif speċifikat f'dak il-Kapitolu. Il-valur tal-iskopertura ta' tranżazzjonijiet li jiffinanzjaw it-titoli u tranżazzjonijiet ta' saldu twil jista' jiġi ddeterminat f'konformità mal-Kapitolu 4 jew 6.
Artikolu 111 7.
Meta l-iskopertura tkun koperta minn protezzjoni ta’ kreditu finanzjata, il-valur tal-iskoperturaa jista' jiġi emendat f'konformità mal-Kapitolu 4.
Artikolu 111 8.

L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

il-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw sabiex jassenjaw elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, bl-eċċezzjoni tal-elementi diġà inklużi fl-Anness I, għall-buckets minn 1 sa 5 imsemmija fl-Anness I;

(b) 

il-fatturi li jistgħu jillimitaw il-kapaċità tal-istituzzjonijiet li jikkanċellaw l-impenji kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet imsemmija fl-Anness I;

(c) 

il-proċess għan-notifika lill-EBA dwar il-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet ta' elementi oħrajn li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jġorru riskji simili għal dawk imsemmija fl-Anness I.

L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2025.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit