+Artikolu 123 Skoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 123 1.
---+Artikolu 123 2.
---+Artikolu 123 3.
---+Artikolu 123 4.
---+Artikolu 123 5.
|
Artikolu 123 Skoperturi fil-livell tal-konsumatur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 123 1.
|
Skoperturi li jikkonformaw mal-kriterji kollha li ġejjin għandhom jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:
(a)
l-iskopertura tkun għal persuna fiżika waħda jew aktar jew għal SME;
(b)
l-ammont totali dovut lill-istituzzjoni, lill-impriżi prinċipali tagħha u lis-sussidjarji tagħha, mid-debitur jew mill-grupp ta' klijenti konnessi, inkluż kwalunkwe skopertura f'inadempjenza iżda esklużi skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali, sal-valur tal-proprjetà m'għandux, sa fejn tkun taf l-istituzzjoni, li għandha tieħu passi raġonevoli biex tikkonferma s-sitwazzjoni, jaqbeż EUR 1 miljun;
(c)
l-iskopertura tirrappreżenta waħda minn numru sinifikanti ta' skoperturi b'karatteristiċi simili, b'tali modi li r-riskji assoċjati ma' tali skopertura jkunu mnaqqsa b'mod sostanzjali;
(d)
l-istituzzjoni kkonċernata tittratta l-iskopertura fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tagħha u timmaniġġa l-iskopertura internament bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur b'mod konsistenti maż-żmien u b'mod li jkun simili għat-trattament mill-istituzzjoni ta' skoperturi oħra fil-livell tal-konsumatur.
Il-valur preżenti tal-pagamenti ta' kera minimi fil-livell tal-konsumatur għandu jkun eliġibbli għall-klassi tal-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur. L-iskoperturi li ma jikkonformawx mal-kriterji msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu ma għandhomx jkunu eliġibbli għall-klassi ta’ skopertura fil-livell tal-konsumatur. Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika metodi proporzjonati ta' diversifikazzjoni li skonthom skopertura għandha titqies bħala waħda minn għadd sinifikanti ta' skoperturi simili kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ta' dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 123 2.
|
L-iskoperturi li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala skoperturi fil-livell tal-konsumatur:
(a)
skoperturi mhux ta' dejn li jwasslu għal pretensjoni residwa u subordinata fuq l-assi jew l-introjtu tal-emittent;
(b)
skoperturi ta' dejn u titoli, sħubiji, derivattivi oħra, jew strumenti oħra, li s-sustanza ekonomika tagħhom tkun simili għall-iskoperturi speċifikati fil-punt (a);
(c)
l-iskoperturi kollha l-oħra fil-forma ta' titoli.
|
|
Artikolu 123 3.
|
L-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur kif imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 75 %, għajr skoperturi ta' tranżatturi, li għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 45 %.
|
|
Artikolu 123 4.
|
Meta kwalunkwe wieħed mill-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ma jiġix issodisfat għal skopertura għal persuna fiżika waħda jew aktar, l-iskopertura għandha titqies bħala skopertura fil-livell tal-konsumatur u għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta’ 100 %.
|
|
Artikolu 123 5.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 3, l-iskoperturi minħabba self mogħti minn istituzzjoni lil pensjonanti jew lil impjegati b'kuntratt permanenti kontra t-trasferiment mingħajr kundizzjonijiet ta' parti mill-pensjoni jew mis-salarju tal-mutwatarju lil dik l-istituzzjoni għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 35 %, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
biex jitħallas lura s-self, il-mutwatarju jawtorizza mingħajr kundizzjonijiet lill-fond tal-pensjoni jew lill-impjegatur biex jagħmel pagamenti diretti lill-istituzzjoni billi jnaqqsu l-pagamenti ta' kull xahar tas-self mill-pensjoni jew mis-salarju kull xahar tal-mutwatarju;
(b)
ir-riskji ta' mewt, ta' inkapaċità għax-xogħol, ta' qgħad jew ta' tnaqqis nett tal-pensjoni jew tas-salarju ta' kull xahar tal-mutwatarju jkunu koperti kif xieraq permezz ta' polza tal-assigurazzjoni għall-benefiċċju tal-istituzzjoni;
(c)
il-pagamenti ta' kull xahar li għandhom isiru mill-mutwatarju fuq is-self kollu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) m'għandhomx jaqbżu, meta aggregati, l-20 % tal-pensjoni jew is-salarju nett fix-xahar tal-mutwatarju;
(d)
il-massimu tal-maturità oriġinali tas-self ikun ugwali għal jew inqas minn 10 snin.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|