+Artikolu 215 Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji
---+Artikolu 215 1.
---+Artikolu 215 2.

Artikolu 215 Rekwiżiti addizzjonali għall-garanziji

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 215 1.

Il-garanziji għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

▼M17

(a) 

meta d-debitur isir inadempjenti jew jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti jkollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kwalunkwe ammont ta' flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha tkun ipprovduta l-protezzjoni;

▼B

(b) 

il-garanzija hija obbligazzjoni espliċitament dokumentata li jassumi l-garanti;

(c) 

tiġi ssodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-garanzija tkopri t-tipi kollha ta’ pagamenti li d-debitur huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni;

(ii) 

fejn ċerti tipi ta’ pagamenti huma esklużi mill-garanzija, l-istituzzjoni mutwanti tkun aġġustat il-valur tal-garanzija b’mod li jirrefletti l- kopertura limitata.

Il-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel tfittex lid-debitur.

Fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), u fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ssodisfati fi żmien 24 xahar biss.

Artikolu 215 2.

Fil-każ ta' garanziji pprovduti fil-kuntest ta' skemi ta' garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

wara li d-debitur oriġinali jsir inadempjenti jew wara li dan jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-pagament proviżorju jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x'aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;

(ii) 

il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;

(b) 

l-istituzzjoni mutwanti tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament; dik il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u soġġetta għal approvazzjoni interna dedikata u proċeduri tal-awditjar.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit