|
+Artikolu 215 2. |
Artikolu 215 2.Fil-każ ta' garanziji pprovduti fil-kuntest ta' skemi ta' garanzija reċiproka jew ipprovduti minn jew kontrogarantiti mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 214(2), ir-rekwiżiti fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati meta tintlaħaq kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
wara li d-debitur oriġinali jsir inadempjenti jew wara li dan jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti għandha d-dritt li tikseb fil-ħin pagament proviżorju mill-garanti li jissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pagament proviżorju jirrappreżenta stima robusta tal-ammont tat-telf li l-istituzzjoni mutwanti x'aktarx iġġarrab, inkluż telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju jkun obbligat li jagħmel;
(ii)
il-pagament proviżorju jkun proporzjonali għall-kopertura tal-garanzija;
(b)
l-istituzzjoni mutwanti tista' turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-effetti tal-garanzija, li għandhom ikopru wkoll telf li jirriżulta min-nuqqas ta' pagament tal-imgħax u ta' tipi oħra ta' pagament li l-mutwatarju huwa obbligat li jagħmel, jiġġustifikaw tali trattament; dik il-ġustifikazzjoni għandha tiġi ddokumentata kif xieraq u soġġetta għal approvazzjoni interna dedikata u proċeduri tal-awditjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|