|
+Artikolu 215 1. |
Artikolu 215 1.Il-garanziji għandhom jikkwalifikaw bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli meta jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
meta d-debitur isir inadempjenti jew jonqos milli jħallas, l-istituzzjoni mutwanti jkollha d-dritt li tfittex bla dewmien lill-garanti għal kwalunkwe ammont ta' flejjes dovuti skont il-pretensjoni li fir-rigward tagħha tkun ipprovduta l-protezzjoni;
(b)
il-garanzija hija obbligazzjoni espliċitament dokumentata li jassumi l-garanti;
(c)
tiġi ssodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-garanzija tkopri t-tipi kollha ta’ pagamenti li d-debitur huwa mistenni jagħmel fir-rigward tal-pretensjoni;
(ii)
fejn ċerti tipi ta’ pagamenti huma esklużi mill-garanzija, l-istituzzjoni mutwanti tkun aġġustat il-valur tal-garanzija b’mod li jirrefletti l- kopertura limitata. Il-pagament mill-garanti ma għandux ikun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel tfittex lid-debitur. Fil-każ ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li tkopri self ipotekarju residenzjali, ir-rekwiżiti fl-Artikolu 213(1), il-punt (c)(iii), u fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, għandhom ikunu meħtieġa li jiġu ssodisfati fi żmien 24 xahar biss. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|