+Artikolu 286 Ġestjoni tas-CCR – Politiki, proċessi u sistemi
---+Artikolu 286 1.
---+Artikolu 286 2.
---+Artikolu 286 3.
---+Artikolu 286 4.
---+Artikolu 286 5.
---+Artikolu 286 6.
---+Artikolu 286 7.
---+Artikolu 286 8.

Artikolu 286 Ġestjoni tas-CCR – Politiki, proċessi u sistemi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 286 1.

Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm qafas għall-ġestjoni tas-CCR, li jikkonsisti fi:

(a) 

politiki, proċessi u sistemi sabiex jiżguraw l-identifikazzjoni, il-kalkolu, l-ġestjoni, l-approvazzjoni u r-rappurtar intern tas-CCR;

(b) 

proċeduri għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi.

Dawk il-politiki, il-proċessi u s-sistemi għandhom ikunu validi fil-prinċipju, implimentati b’integrità u dokumentati. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni tat-tekniki empiriċi użati għall-kalkolu tas-CCR.

Artikolu 286 2.

Il-qafas tal-ġestjoni tas-CCR meħtieġ mill-paragrafu 1 għandu jqis ir-riskji tas-suq, tal-likwidità, legali u operattivi li huma assoċjati mas-CCR. B’mod partikolari, il-qafas għandu jiżgura li l-istituzzjoni tikkonforma mal-prinċipji li ġejjin:

(a) 

ma twettaqx negozju ma’ kontroparti mingħajr ma tanalizza l-affidabbiltà kreditizja tagħha;

(b) 

tieħu kont xieraq tar-riskju tal-kreditu tas-saldu u ta’ qabel is-saldu;

(c) 

tiġġestixxi tali riskji bl-iżjed mod komprensiv prattikabbli fuq livell tal-kontroparti billi taggrega l-iskoperturi għas-CCR ma’ skoperturi għall-kreditu oħrajn u fuq livell tad-ditta kollha.

Artikolu 286 3.

Istituzzjoni li tuża l-IMM għandha tiżgura li l-qafas tal-ġestjoni tas-CCR tagħha iqis għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti ir-riskji tal-likwidità ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

sejħiet potenzjali li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni fil-kuntest ta’ skambji tal-marġni ta’ varjazzjoni jew tipi ta’ marġni oħrajn, bħall-marġni inizjali jew indipendenti, f’xokkijiet tas-suq avversi;

(b) 

sejħiet potenzjali li jidħlu għar-ritorn ta' kollateral eċċessiv depożitat minn kontropartijiet;

(c) 

sejħiet li jirriżultaw minn tnaqqis potenzjali tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu estern tagħha stess.

Istituzzjoni għandha tiżgura li n-natura u l-perijodu tal-użu mill-ġdid tal-kollateral huma konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ likwidità tagħha u ma jheddux il-kapaċità tagħha li tiddepożita jew tirritorna l-kollateral fil-ħin.

Artikolu 286 4.
Il-korp ta' ġestjoni tal-istituzzjoni u l-amministrazzjoni għolja għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-ġestjoni tas-CCR u jiżguraw li riżorsi adegwati huma allokati għal dan il-għan. L-amministrazzjoni għolja għandha tkun konxja tal-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet tal-mudell użat u l-impatt li dawk il-limitazzjonijiet u s-suppożizzjonijiet jista’ jkollhom fuq l-affidabbiltà tal-output permezz ta’ proċess formali. L-amministrazzjoni għolja għandha tkun konxja wkoll tal-inċertezzi tal-ambjent tas-suq u l-kwistjonijiet operattivi u dwar kif dawk huma riflessi fil-mudell.
Artikolu 286 5.
Ir-rapporti ta’ kuljum imħejjija dwar skopertura tal-istituzzjoni għas-CCR skont l-Artikolu 287(2)(b) għandhom jiġu analizzati minn livell ta’ maniġment b'anzjanità u awtorità suffiċjenti sabiex jinfurza kemm tnaqqqis ta' pożizzjonijiet meħuda mill-maniġers tal-kreditu jew operaturi individwali kif ukoll tnaqqis fl-iskopertura kumplessiva tas-CCR tal-istituzzjoni.
Artikolu 286 6.
Qafas ta’ ġestjoni tas-CCR tal-istituzzjoni stabbilit skont il-paragrafu 1 għandu jintuża flimkien mal-limiti tal-kreditu u tan-negozjar interni. Limiti tal-kreditu u tan-negozjar għandhon ikunu relatati mal-mudell tal-kalkolu tar-riskji tal-istituzzjoni b’mod li huwa konsistenti maż-żmien u mifhum sew mill-maniġers tal-kreditu, mill-operaturi u mill-amministrazzjoni għolja. Istituzzjoni għandu jkollha proċess formali sabiex tirraporta ksur fil-limiti tar-riskju lil-livell xieraq tal-maniġment.
Artikolu 286 7.
Il-kalkolu tas-CCR mill-istituzzjoni għandu jinkludi l-kalkolu ta’ kuljum u l-użu ta’ dakinhar stess tal-linji tal-kreditu. L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-iskopertura attwali grossa u netta mill-kollateral. Fil-livell tal-portafoll u tal-kontraparti, l-istituzzjoni għandha tikkalkula u tissorvelja l-iskopertura massima jew l-iskopertura futura potenzjali fl-intervall ta’ kunfidenza magħżul mill-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra pożizzjonijiet kbar jew konċentrati, inkluż skont il-gruppi ta’ kontropartijiet relatati, skont l-industrija u skont is-suq.
Artikolu 286 8.
Istituzzjoni għandha tistabbilixxi u żżomm programm ta’ rutina u rigoruż ta’ ttestjar għal stress. Ir-riżultati ta' dak l-ittestjar għal stress għandhom jiġu analizzati b’mod regolari u mill-inqas b’mod trimestrali mill-maniġment superjuri u għandhom jiġu riflessi fil-politiki u l-limiti tas-CCR stabbiliti mill-korp ta' ġestjoni jew mill-amministrazzjoni għolja. Fejn l-ittestjar għal stress jesponi vulnerabbiltà partikolari f’sett partikolari ta’ ċirkostanzi, l-istituzzjoni għandha tieħu passi immedjati sabiex tiġġestixxi dawk ir-riskji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit