+Artikolu 304 Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar lill-klijenti
---+Artikolu 304 1.
---+Artikolu 304 2.
---+Artikolu 304 3.
---+Artikolu 304 4.
---+Artikolu 304 5.
---+Artikolu 304 6.
---+Artikolu 304 7.
|
Artikolu 304 Trattament tal-iskoperturi tal-membri ta' kklerjar lill-klijenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 304 1.
|
Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar u, f'dik il-kapaċità, taġixxi bħala intermedjarju finanzjarju bejn klijent u CCP, għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għat-tranżazzjonijiet relatati mas-CCP tagħha mal-klijent f'konformità mat-Taqsimiet 1 sa 8 ta' dan il-Kapitolu, mat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 ta' dan it-Titolu u mat-Titolu VI, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 304 2.
|
Fejn istituzzjoni li taġixxi bħala membru ta’ kklerjar tidħol f’arranġament kuntrattwali ma’ klijent ta’ membru ta’ kklerjar ieħor li jiffaċilita, skont l-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, it-trasferiment tal-pożizzjonijiet u l-kollateral kif imsemmi fl-Artikolu 305(2)(b) ta’ dan ir-Regolament għal dak il-klijent, u dak il-ftehim kuntrattwali joħloq obbligazzjoni kontinġenti għal dik l-istituzzjoni, dik l-istituzzjonitista' tatribwixxi valur ta' espożizzjoni ta' żero għal dik l-obbligazzjoni kontinġenti.
|
|
Artikolu 304 3.
|
Meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodi stabbiliti fit-Taqsima 3 jew 6 ta' dan il-Kapitolu biex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
(a)
b'deroga mill-Artikolu 285(2), l-istituzzjoni tista' tuża perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas ħames ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent;
(b)
l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju ta' mill-inqas 10 ġranet tax-xogħol għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' CCP;
(c)
b'deroga mill-Artikolu 285(3), meta sett tan-netting inkluż fil-kalkolu jissodisfa l-kondizzjoni stabbilita fil-punt (a) ta' dak il-paragrafu, l-istituzzjoni tista' tinjora l-limitu stabbilit f'dak il-punt, sakemm is-sett tan-netting ma jissodisfax il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (b) ta' dak il-paragrafu u ma jinkludi l-ebda negozju kkontestat jew opzjonijiet eżotiċi;
(d)
meta CCP iżżomm il-marġni ta' varjazzjoni fil-konfront ta' tranżazzjoni u l-kollateral tal-istituzzjoni mhuwiex protett kontra l-insolvenza tas-CCP, l-istituzzjoni għandha tapplika perijodu ta' marġni ta' riskju li huwa inferjuri għal sena u l-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni, b'minimu ta' 10 ġranet tax-xogħol.
|
|
Artikolu 304 4.
|
B'deroga mill-punt (i) tal-Artikolu 281(2), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 4 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 għall-kalkolu tagħha.
|
|
Artikolu 304 5.
|
B'deroga mill-punt (d) tal-Artikolu 282(4), meta istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tuża l-metodu stabbilit fit-Taqsima 5 biex tikkalkula r-rekwiżit ta' fondi proprji għall-iskoperturi tagħha fil-konfront ta' klijent, dik l-istituzzjoni tista' tuża fattur ta' maturità ta' 0,21 f'dak il-kalkolu.
|
|
Artikolu 304 6.
|
Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar tista' tuża l-iskopertura mnaqqsa fil-mument tal-inadempjenza li tirriżulta mill-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 3, 4 u 5 għall-finijiet tal-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha għal riskju CVA skont it-Titolu VI.
|
|
Artikolu 304 7.
|
Istituzzjoni li taġixxi bħala membru tal-ikklerjar li jiġbor kollateral minn klijent għal tranżazzjoni relatata mas-CCP u jgħaddi l-kollateral lis-CCP tista' tirrikonoxxi dak il-kollateral biex tnaqqas l-iskopertura tagħha fil-konfront tal-klijent għal dik it-tranżazzjoni relatata mas-CCP. Fil-każ ta' struttura ta' klijenti b'ħafna livelli, it-trattament stabbilit fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi applikat f'kull livell ta' dik l-istruttura.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|