+Artikolu 325w Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
---+Artikolu 325w 1.
---+Artikolu 325w 2.
---+Artikolu 325w 3.
---+Artikolu 325w 4.
---+Artikolu 325w 5.
---+Artikolu 325w 6.
---+Artikolu 325w 7.
---+Artikolu 325w 8.

Artikolu 325w Ammonti grossi ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 325w 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura twila għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:

JTDtwila = massimu{LGD Vnozzjonali + P&Ltwil + Aġġustamenttwil; 0}
fejn:

JTDtwila

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura twila;

▼C8

Vnozzjonali

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil- valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv; u

Aġġustamenttwil

=

fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formula b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv.

▼M8

Artikolu 325w 2.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta' JTD għal kull skopertura qasira għall-istrumenti tad-dejn kif ġej:

JTDqasir = min{LGD Vnotional + P&Lqasir + Aġġustamentqasir; 0}
fejn:

JTDqasir

=

l-ammont gross ta' JTD għall-iskopertura qasira;

▼C8

Vnotional

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-iskopertura li għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv;

P&Lqasir

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b'sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b'sinjal negattiv; u

Aġġustamentqasir

=

fejn l-istrumenti li minnu tiġi l-iskopertura huwa strument derivattiv, l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv.

▼M8

Artikolu 325w 3.

Għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafi 1 u 2, l-LGD għall-istrumenti tad-dejn li għandu jiġi applikat mill-istituzzjonijiet għandu jkun dan li ġej:

(a) 

skoperturi għal strumenti tad-dejn mhux superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 100 %;

(b) 

skoperturi għal strumenti tad-dejn superjuri għandhom jiġu assenjati LGD ta' 75 %;

(c) 

skoperturi għal bonds koperti, kif imsemmi fl-Artikolu 129, għandhom jiġu assenjati LGD ta' 25 %.

Artikolu 325w 4.

Għall-finijiet tal-kalkoli stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, l-ammonti nozzjonali għandhom jiġu determinati kif ġej:

(a) 

fil-każ ta’ bond, l-ammont nozzjonali huwa l-valur nominali tal-bond;

(b) 

fil-każ ta’ opzjoni ta’ put mibjugħa fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa l-ammont nozzjonali tal-opzjoni; fil-każ ta’ opzjoni ta’ call mixtrija fuq bond, l-ammont nozzjonali huwa ta’ 0.

Artikolu 325w 5.

Għall-iskoperturi għal strumenti tal-ekwità, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti grossi ta’ JTD kif ġej:

JTDtwil = massimu {LGD · Vnozzjonali + P&Ltwil + Adjustmenttwil; 0}
JTDqasir = minimu {LGD · Vnozzjonali + P&Lqasir + Adjustmentqasir; 0}

fejn:

JTDtwil

=

l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura twila;

Vnozzjonali

=

l-ammont nozzjonali tal-istrument li minnu tiġi l-espożizzjoni; l-ammont nozzjonali huwa l-valur ġust tal-ekwità għal strumenti tal-ekwità ta’ flus; għall-formola JTDqasir, l-ammont nozzjonali tal-istrument għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv;

P&Ltwil

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura twila; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf b’sinjal negattiv;

Aġġustamenttwil

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, it-telf tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; iż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal pożittiv u t-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal negattiv;

JTDqasir

=

l-ammont gross ta’ JTD għall-iskopertura qasira;

P&Lqasir

=

terminu li jaġġusta għall-profitt jew it-telf diġà meqjusa mill-istituzzjoni minħabba tibdil fil-valur ġust tal-istrument li joħloq l-iskopertura qasira; il-profitt għandu jidħol fil-formula b’sinjal pożittiv u t-telf għandu jidħol fil-formula b’sinjal negattiv; u

Aġġustamentqasir

=

l-ammont li bih, minħabba l-istruttura tal-istrument derivattiv, il-profitt tal-istituzzjoni fil-każ ta’ inadempjenza jiżdied jew jitnaqqas b’mod relattiv għat-telf sħiħ fuq l-istrument sottostanti; it-tnaqqis għandu jidħol fil-formola b’sinjal pożittiv u ż-żidiet għandhom jidħlu fil-formola b’sinjal negattiv.

Artikolu 325w 6.
L-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw LGD ta' 100 % għal strumenti tal-ekwità għall-finijiet tal-kalkolu stabbilit fil-paragrafu 5.
Artikolu 325w 7.
Fil-każ ta' skoperturi għar-riskju ta' inadempjenza li jirriżulta minn strumenti derivattivi li l-gwadanji tagħhom fil-każ ta' inadempjenza tal-obbligant mhumiex relatati mal-ammont nozzjonali ta' strument speċifiku maħruġ minn dan l-obbligant jew għal-LGD tal-obbligant jew strument maħruġ minn dan l-obbligant, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodoloġiji alternattivi biex jistmaw l-ammonti grossi ta' JTD.
Artikolu 325w 8.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

▼C8

(a) 

kif l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw il-komponenti P&Ltwil, P&Lqasir, Aġġustamenttwil u Aġġustamentqasir meta jikkalkulaw l-ammonti ta’ JTD għat-tipi differenti ta’ strumenti f’konformità ma’ dan l-Artikolu;

▼M8

(b) 

li metodoloġiji alternattivi iridu jużaw l-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-istima tal-ammonti grossi ta' JTD imsemmija fil-paragrafu 7.

(c) 

l-ammonti nozzjonali ta' strumenti minbarra dawk li jissemmew fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.

L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2021.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit