+Artikolu 325bp Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
---+Artikolu 325bp 1.
---+Artikolu 325bp 2.
---+Artikolu 325bp 3.
---+Artikolu 325bp 4.
---+Artikolu 325bp 5.
---+Artikolu 325bp 6.
---+Artikolu 325bp 7.
---+Artikolu 325bp 8.
---+Artikolu 325bp 9.
---+Artikolu 325bp 10.
---+Artikolu 325bp 11.
---+Artikolu 325bp 12.
|
Artikolu 325bp Rekwiżiti partikolari għal mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325bp 1.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bm(1) għandu jkun kapaċi jimmudella l-inadempjenza ta' emittenti individwali kif ukoll l-inadempjenza simultanja ta' emittenti multipli, u għandu jikkunsidra l-impatt ta' dawk l-inadempjenzi fil-valuri tas-suq tal-pożizzjonijiet li huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell. Għal dak il-għan, l-inadempjenza ta' kull emittent individwali għandha tiġi mmudellata bl-użu ta' żewġ tipi ta' fatturi ta' riskju sistematiku.
|
|
Artikolu 325bp 2.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti ċ-ċiklu ekonomiku, inkluż id-dipendenza bejn ir-rati ta' rkupru u l-fatturi ta' riskju sistematiku msemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 325bp 3.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti l-impatt nonlineari ta' opzjonijiet u pożizzjonijiet oħra b'imġiba nonlineari materjali fir-rigward tal-bidliet fil-prezzijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jagħtu kunsiderazzjoni adatta lill-ammont ta' riskju tal-mudell inerenti fil-valutazzjoni u l-istima tar-riskji tal-prezzijiet assoċjati ma' dawk il-prodotti.
|
|
Artikolu 325bp 4.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun ibbażat fuq data li tkun oġġettiva u aġġornata.
|
|
Artikolu 325bp 5.
|
Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tal-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
▼M17
(a)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,01 % għal skoperturi li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 0 % f'konformità mal-Artikoli 114 sa 118 u ta' 0,01 % għal bonds koperti li għalihom jiġi applikat piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129; inkella, il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandu jkollhom minimu ta' 0,03 %;
▼M8
(b)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom ikunu bbażati fuq perijodu ta' żmien ta' sena, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor f'din it-Taqsima;
(c)
il-probabbiltajiet ta' inadempjenza għandhom jitkejlu bl-użu, waħidha jew flimkien mal-prezzijiet tas-suq attwali, id-data osservata matul perijodu storiku ta' mill-inqas ħames snin u tnaqqis estrem fil-prezzijiet tas-suq ekwivalenti għal avvenimenti ta' inadempjenzata' inadempjenzi reali li ġraw fil-passat; il-probabbiltajiet ta' inadempjenza m'għandhomx ikunu implikati biss mill-prezzijiet tas-suq attwali.
▼M17
(d)
istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal emittent partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;
(e)
istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza msemmija fil-punt (d) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma dawn il-probabbiltajiet ta' inadempjenza b'mod konsistenti mar-rekwiżiti applikabbli għall-istimi tal-probabbiltà ta' inadempjenza skont dan l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (d), id-data sabiex jiġu stimati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess debitur li għaliha tistma l-probabbiltajiet ta' inadempjenza f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 325bp 6.
|
Biex tiġi simulata l-inadempjenza tal-emittenti fil-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, l-istimi tal-istituzzjoni tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom minimu ta' 0 %;
(b)
l-istimi tat-telf fil-każ ta' inadempjenza għandhom jirriflettu s-superjorità ta' kull pożizzjoni;
▼M17
(c)
istituzzjoni li tkun ingħatat permess biex tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1, għall-klassi tal-iskoperturi u għas-sistema ta' klassifikazzjoni korrispondenti għal skopertura partikolari għandha tuża l-metodoloġija stabbilita hemm sabiex tikkalkula l-istimi tal-LGD ta' dak l-emittent, dment li d-data għal tali stima tkun disponibbli;
(d)
istituzzjoni li ma tkunx ingħatat permess sabiex tistma l-LGD msemmi fil-punt (c) għandha tiżviluppa metodoloġija interna jew tuża sorsi esterni sabiex tistma l-LGD b'mod konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għall-istimi tal-LGD skont dan l-Artikolu.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), id-data sabiex jiġi stimat l-LGD ta' emittent partikolari ta' pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar tkun disponibbli meta, fid-data tal-kalkolu, l-istituzzjoni jkollha pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar fuq l-istess skopertura li għaliha tistma l-LGD f'konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3, it-Taqsima 1 sabiex tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħha stabbiliti f'dak il-Kapitolu.
|
|
Artikolu 325bp 7.
|
Bħala parti mill-analiżi u l-validazzjoni indipendenti tal-mudelli interni li jużaw għall-finijiet ta' dan il-Kapitolu, inkluż is-sistema tal-kalkolu tar-riskji, l-istituzzjonijiet għandhom:
(a)
jivverifikaw li l-approċċ tagħhom għall-immudellar ta' korrelazzjonijiet u bidliet fil-prezzijiet ikun adatt għall-portafoll tagħhom, inkluż l-għażla u l-piżijiet tal-fatturi sistematiċi tar-riskju fil-mudell;
(b)
iwettqu varjetà ta' testijiet tal-istress, fosthom analiżi tas-sensittività u analiżi tax-xenarji, biex jivvalutaw ir-raġonevolezza kwalitattiva u kwantitattiva tal-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-trattament tal-konċentrazzjonijiet.; u
(c)
tapplika validazzjoni kwantitattiva adatta li tinkludi punti ta' riferiment interni rilevanti ta' mudellar.
It-testijiet imsemmija fil-punt (b) ma għandhomx ikunu limitati għall-firxa ta' avvenimenti passati esperjenzati.
|
|
Artikolu 325bp 8.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jirrifletti kif adatt il-konċentrazzjonijiet tal-emittent u l-konċentrazzjonijiet li jistgħu jinqalgħu fi ħdan u bejn klassijiet ta' prodotti taħt kondizzjonijiet ta' stress.
|
|
Artikolu 325bp 9.
|
Il-mudell intern għar-riskju ta' inadempjenza għandu jkun konsistenti mal-metodoloġiji interni tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni għall-identifikazzjoni, il-kalkolu u l-ġestjoni tar-riskji tan-negozju.
|
|
Artikolu 325bp 10.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki u proċeduri definiti b'mod ċar biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet tal-inadempjenza għall-korrelazzjonijiet bejn emittenti differenti f'konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 325bn(1) u l-għażla preferuta ta' metodu biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza fil-punt (e) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u t-telf li jirriżulta mill-inadempjenza fil-punt (d) tal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 325bp 11.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-mudelli interni tagħhom sabiex is-suppożizzjonijiet ta' korrelazzjoni u suppożizzjonijiet oħra tal-immudellar ikunu trasparenti għall-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 325bp 12.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti li l-metodoloġija interna ta' istituzzjoni jew sorsi esterni jridu jissodisfaw biex jiġu stmati l-probabbiltajiet ta' inadempjenza u t-telf fil-każ ta' inadempjenza f'konformità mal-punt (e) tal-paragrafu 5 u l-punt (d) tal-paragrafu 6. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Settembru 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|