+Artikolu 382 Ambitu
---+Artikolu 382 1.
---+Artikolu 382 2.
---+Artikolu 382 3.
---+Artikolu 382 4.
---+Artikolu 382 4a.
---+Artikolu 382 4b.
---+Artikolu 382 4c.
---+Artikolu 382 5.
---+Artikolu 382 6.
|
Artikolu 382 Ambitu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 382 1.
|
Istituzzjoni għandha tikkalkula r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA skont dan it-Titolu għall-istrumenti derivati OTC kollha fir-rigward tal-attivitajiet tan-negozju kollha tagħha, minbarra d-derivati tal-kreditu rikonoxxuti li jnaqqsu l-ammonti ta' skopertura ppeżati skont ir-riskji għar-riskju tal-kreditu.
|
|
Artikolu 382 2.
|
Istituzzjoni għandha tinkludi fil-kalkolu tal-fondi proprji meħtieġa mill-paragrafu 1 tranżazzjonijiet ta' finanzjament ta' titoli b'valur ġust skont il-qafas kontabilistiku applikabbli għall-istituzzjoni meta l-iskoperturi tar-riskju ta' CVA tal-istituzzjoni li jirriżultaw minn dawk it-tranżazzjonijiet ikunu materjali.
|
|
Artikolu 382 3.
|
Transazzjonijiet ma' kontroparti ċentrali li tikkwalifika u t-transazzjonijiet ta' klijent ma' membru ta' kklerjar, meta l-membru ta’ kklerjar jaġixxi bħala intermedjarju bejn il-klijent u kontroparti ċentrali li tikkwalifika u t-transazzjonijiet jnisslu skopertura tan-negozjar tal-membru ta’ kklerjar lill-kontroparti ċentrali li tikkwalifika, huma esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA.
|
|
Artikolu 382 4.
|
It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA:
(a)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklerjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;
▼M19
(aa)
it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huma parti mill-istess grupp dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni u l-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(ii)
huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u
(iii)
il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk ikunu stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv f’konformità mal-paragrafu 4c fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;
▼M19
(b)
it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet finanzjarji, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta’ servizzi anċillari li huma stabbiliti fl-Unjoni jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dawk il-kontropartijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-impriżi ta’ servizzi anċillari li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, sakemm l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li tirrikjedi s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, f’liema każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet strutturalment separati jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
▼B
(c)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 648/2012 u soġġetti għad-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fl-Artikolu 89(1) ta’ dak ir-Regolament sa meta dawk id-dispożizzjonijiet transizzjonali ma jibqgħux japplikaw;
▼C2
(d)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 114(4) u l-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet.
L-eżenzjoni mit-tariffa għar-riskju ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni. Fir-rigward tal-punt (a), fejn istituzzjoni ma tibqax tkun eżentata minħabba li taqbeż il-limitu massimu tal-eżenzjoni jew minħabba bidla fil-limitu massimu tal-eżenzjoni, il-kuntratti pendenti għandhom jibqgħu eżentati sad-data tal-maturità tagħhom.
|
|
Artikolu 382 4a.
|
B'deroga mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, istituzzjoni tista' tagħżel li tikkalkula r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA, billi tuża kwalunkwe wieħed mill-approċċi msemmija fl-Artikolu 382a(1), għat-tranżazzjonijiet li huma esklużi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, meta l-istituzzjoni tuża ħeġġijiet eliġibbli ddeterminati f'konformità mal-Artikolu 386 sabiex jittaffa r-riskju ta' CVA ta' dawk it-tranżazzjonijiet. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu politiki li jispeċifikaw l-applikazzjoni u l-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għal tali tranżazzjonijiet.
|
|
Artikolu 382 4b.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom ir-riżultati tal-kalkoli tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA għat-tranżazzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta' dak ir-rekwiżit ta' rapportar, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA billi jużaw l-approċċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 382a(1), li kienu jużaw sabiex jissodisfaw rekwiżit ta' fondi proprji għar-riskju ta' CVA li kieku dawk it-tranżazzjonijiet ma kinux esklużi mill-ambitu skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 382 4c.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 4, il-punti (aa) u (b), il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġett għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax rekwiżiti superviżorji u regolatorji prudenzjali mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni.
|
|
Artikolu 382 5.
|
L-ABE għandha tagħmel analiżi sal-1 ta' Jannar 2015 u kull sentejn wara din is-sena, fid-dawl tal-iżviluppi regolatorji internazzjonali u inkluż dwar metodoloġiji potenzjali dwar il-kejl u l-limiti għall-applikazzjoni tat-tariffi għar-riskju ta' CVA għall-kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz. L-ABE f'kooperazzjoni mal-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati l-proċeduri għall-esklużjoni tat-transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz mir-rekwiżit ta' fondi proprji għat-tariffa għar-riskju ta' CVA. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji fi żmien sitt xhur mid-data tal-analiżi msemmija fl-ewwel subparagrafu. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 382 6.
|
L-EBA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet u l-kriterji li l-istituzzjonijiet għandhom jużaw biex jivvalutaw jekk l-iskoperturi għar-riskju ta' CVA li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli b'valur ġust humiex materjali, kif ukoll il-frekwenza ta' dik il-valutazzjoni. L-EBA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|