|
+Artikolu 382 4. |
Artikolu 382 4.It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu esklużi mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ CVA:
(a)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet mhux finanzjarji kif definiti fil-punt (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew ma' kontropartijiet mhux finanzjarji stabbiliti f'pajjiż terz, fejn dawk it-transazzjonijiet ma jeċċedux il-livell limitu tal-ikklerjar kif speċifikat fl-Artikolu 10(3) u (4) ta' dak ir-Regolament;
(aa)
it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet mhux finanzjarji kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li huma parti mill-istess grupp dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni u l-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu inklużi fl-istess konsolidazzjoni fuq bażi sħiħa u jkunu soġġetti għal superviżjoni fuq bażi konsolidata f’konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2;
(ii)
huma soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta’ evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju; u
(iii)
il-kontropartijiet mhux finanzjarji jkunu stabbiliti fl-Unjoni jew, jekk ikunu stabbiliti f’pajjiż terz, il-Kummissjoni tkun adottat att implimentattiv f’konformità mal-paragrafu 4c fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;
(b)
it-tranżazzjonijiet intragrupp konklużi ma’ kontropartijiet finanzjarji, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (8), tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, istituzzjonijiet finanzjarji jew impriżi ta’ servizzi anċillari li huma stabbiliti fl-Unjoni jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz li japplika rekwiżiti prudenzjali u superviżorji għal dawk il-kontropartijiet finanzjarji, l-istituzzjonijiet finanzjarji jew l-impriżi ta’ servizzi anċillari li huma mill-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, sakemm l-Istati Membri ma jadottawx liġi nazzjonali li tirrikjedi s-separazzjoni strutturali fi ħdan grupp bankarju, f’liema każ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp bejn l-entitajiet strutturalment separati jiġu inklużi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji;
(c)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 648/2012 u soġġetti għad-dispożizzjonijiet transizzjonali stipulati fl-Artikolu 89(1) ta’ dak ir-Regolament sa meta dawk id-dispożizzjonijiet transizzjonali ma jibqgħux japplikaw;
(d)
transazzjonijiet ma' kontropartijiet imsemmijin fl-Artikolu 1(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u transazzjonijiet ma' kontropartijiet li għalihom l-Artikolu 114(4) u l-Artikolu 115(2) ta' dan ir-Regolament jispeċifika piż tar-riskju ta' 0 % għall-iskoperturi għal dawk il-kontropartijiet. L-eżenzjoni mit-tariffa għar-riskju ta' CVA għal dawk it-transazzjonijiet imsemmija fil-punt (c) ta' dan il-paragrafu li jsiru matul il-perijodu transizzjonali stabbilit fl-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tapplika għat-tul tal-kuntratt ta' dik it-transazzjoni. Fir-rigward tal-punt (a), fejn istituzzjoni ma tibqax tkun eżentata minħabba li taqbeż il-limitu massimu tal-eżenzjoni jew minħabba bidla fil-limitu massimu tal-eżenzjoni, il-kuntratti pendenti għandhom jibqgħu eżentati sad-data tal-maturità tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|