|
+Artikolu 411 Definizzjonijiet |
Artikolu 411 DefinizzjonijietArtikolu 411 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din il-Parti, id-definizzjonijiet li ġejjin japplikaw:
(1)
“klijent finanzjarju” tfisser klijent, inkluż klijent finanzjarju li jappartjeni għall-grupp ta' kumpanniji mhux finanzjarji, li jwettaq attività waħda jew iktar minn dawk elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2013/36/UE bħala n-negozju ewlieni tiegħu, jew li huwa waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta' kreditu;
(b)
ditta tal-investiment;
(c)
entità bi skop speċjali ta' titolizzazzjoni (“SSPE”);
(d)
impriża ta' investiment kollettiv (“CIU”);
(e)
skema ta' investiment limitat;
(f)
impriża tal-assigurazzjoni;
(g)
impriża tar-riassigurazzjoni;
(h)
kumpannija holding finanzjarja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta;
(i)
istituzzjoni finanzjarja;
(j)
arranġament għal skemi tal-pensjonijiet kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(2)
“depożitu fil-livell ta' konsumatur” tfisser obbligazzjoni lejn persuna fiżika jew 'SME, fejn l-SME tkun tikkwalifika għall-klassi ta' skopertura fil-livell ta' konsumatur taħt l-approċċi standardizzati jew IRB għar-riskju tal-kreditu, jew obbligazzjoni lejn kumpannija li hija eliġibbli għat-trattament stipulat fl-Artikolu 153(4), u fejn id-depożiti aggregati minn dik l-SME jew kumpannija fuq il-bażi ta' grupp ma jkunux jaqbżu l-EUR 1 miljun;
(3)
“kumpanija ta' investiment personali” jew “PIC” tfisser impriża jew fond li is-sid jew is-sid benefiċjarju tagħhom ikun persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jiġu minn xulxin mill-qrib, li ma jwettaqx kwalunkwe attività kummerċjali, industrijali jew professjonali u li kien stabbilit bl-għan uniku ta' ġestjoni tal-ġid tas-sid jew is-sidien, inkluż attivitajiet anċillari bħal segregazzjoni tal-assi tas-sidien mill-assi korporattivi, faċilitazzjoni tat-trażmissjoni tal-assi f'familja jew il-prevenzjoni ta' qsim fl-assi wara l-mewt ta' membru tal-familja, sakemm dawk l-attivitajiet anċillari ikunu marbutin mal-għan prinċipali tal-ġestjoni tal-ġid tas-sidien;
(4)
“sensar għad-depożiti” tfisser persuna fiżika jew impriża li tqiegħed id-depożiti minn partijiet terzi, inkluż depożiti fil-livell ta’ konsumatur u depożiti ta’ kumpanniji iżda bl-esklużjoni tad-depożiti minn klijenti finanzjarji, ma’ istituzzjonijiet tal-kreditu bi skambju għal ħlas;
(5)
“assi mhux aggravati” tfisser assi li mhumiex soġġetti għal xi restrizzjoni legali, kuntrattwali, regolatorja jew xi restrizzjoni oħra li tipprevjeni lill-istituzzjoni milli tillikwida, tbigħ, tittrasferixxi, tassenja jew, b'mod ġenerali, teħles minn dawk l-assi permezz ta' bejgħ dirett jew ftehim ta' riakkwist;
(6)
“sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorja” tfisser kwalunkwe ammont ta' assi li l-istituzzjoni mhijiex obbligata torbot mal-ħruġ ta' bond kopert bis-saħħa ta' rekwiżiti legali jew regolatorji, impenji kuntrattwali jew għal raġunijiet ta' dixxiplina tas-suq, inkluż b'mod partikolari fejn l-assi jiġu pprovduti f'eċċess tar-rekwiżit ta' sovrakollateralizzazzjoni minimu legali, statutorju jew regolatorju applikabbli għall-bonds koperti skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz;
(7)
“rekwiżit ta' kopertura tal-assi” tfisser il-proporzjon tal-assi meta mqabblin mar-responsabbiltajiet kif determinat f'konformità mal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru jew pajjiż terz għall-finijiet ta' titjib tal-kreditu b'rabta mal-bonds koperti;
(8)
“self ta' marġini” tfisser self kollateralizzat estiż lill-klijenti biex jieħdu pożizzjonijiet tan-negozjar ingranati;
(9)
“kuntratti tad-derivattivi” tfisser il-kuntratti tad-derivattivi elenkati fl-Anness II u d-derivattivi tal-kreditu;
(10)
“stress” tfisser deterjorament f'daqqa jew gravi fil-pożizzjoni ta' solvenza jew ta' likwidità ta' istituzzjoni minħabba bidliet fil-kondizzjonijiet tas-suq jew fatturi idjosinkratiċi li b'riżultat tagħhom ikun hemm riskju sinifikanti li l-istituzzjoni ma tibqax kapaċi twettaq l-impenji tagħha meta jkunu dovuti fit-30 jum li jkun imiss;
(11)
“assi ta' livell 1” tfisser assi ta' likwidità u kwalità tal-kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1);
(12)
“assi ta' livell 2” tfisser assi ta' likwidità u kwalità ta' kreditu għoljin ħafna kif inhu msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 416(1) ta' dan ir-Regolament; l-assijiet ta' livell 2 jinqasmu ulterjorment f'assi tal-livell 2A u 2B kif stabbilit fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(13)
“marġini ta' likwidità” tfisser l-ammont ta' assi ta' livell 1 u ta' livell 2 li istituzzjoni jkollha f'konformità mal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 460(1);
(14)
“fluss ta' ħruġ nett tal-likwidità” tfisser l-ammont li jirriżulta mit-tnaqqis tal-flussi ta' dħul tal-likwidità ta' istituzzjoni mill-flussi ta' ħruġ tal-likwidità tagħha;
(15)
“munita tar-rappurtar” tfisser il-munita tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-istituzzjoni;
(16)
“fatturament” tfisser ftehim kuntrattwali bejn negozju (l-“assenjatur”) u entità finanzjarja (il-“fattur”) fejn l-assenjatur jassenja jew ibigħ ir-riċevibbli tiegħu lill-fattur fi skambju għall-fattur biex jipprovdi lill-assenjatur b'wieħed jew aktar mis-servizzi li ġejjin fir-rigward tar-riċevibbli assenjati:
(a)
avvanz ta' perċentwal tal-ammont tar-riċevibbli assenjati, ġeneralment fuq terminu qasir, mhux impenjat u mingħajr riportament awtomatiku;
(b)
ġestjoni tar-riċevibbli, ġbir tar-riċevibbli u protezzjoni ta' kreditu, fejn, b'mod ġenerali, il-fattur jamministra r-reġistru tal-bejgħ tal-assenjatur u jiġbor ir-riċevibbli f'isem il-fattur; għall-finijiet tat-Titolu IV, il-fatturament għandu jiġi ttrattat bħala finanzjament tal-kummerċ;
(17)
“kreditu impenjat jew faċilità ta' likwidità” tfisser faċilità ta' kreditu jew ta' likwidità li hija irrevokabbli jew kondizzjonalment revokabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|