+Artikolu 5 Arranġamenti ta’ ħidma tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Arranġamenti ta’ ħidma tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom identifikati fil-pjan individwali annwali ta’ sorveljanza bil-ħila, bl-attenzjoni u bid-diliġenza dovuta, mingħajr l-ebda preġudizzju u f’konformità mal-istruzzjonijiet tal-koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni msemmi fl-Artikolu 40(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (UE) 2022/2554.

Artikolu 5 2

2.   Meta jwettqu kompiti ta’ sorveljanza, il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandhom isegwu proċeduri ta’ sorveljanza abbozzati b’mod konġunt mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fir-rigward tat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza u ta’ kwalunkwe żona operazzjonali rilevanti, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet relatati mal-użu ta’ għodod u tagħmir tal-IT kif ukoll ta’ ġestjoni tal-ħin.

Artikolu 5 3

3.   Il-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni għandhom isegwu l-informazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet u l-istruzzjonijiet tat-trattament tal-informazzjoni u tad-data pprovduti mill-koordinatur tas-Sorveljant Ewlieni msemmi fl-Artikolu 40(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (UE) 2022/2554 u għandhom jikkonformaw mar-reġim ta’ kunfidenzjalità tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej.

Artikolu 5 4

4.   Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet li jinnominaw għandhom jistabbilixxu arranġamenti biex jimplimentaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi arranġamenti dwar il-ħin imqatta’ u l-kostijiet stmati relatati mal-attivitajiet ta’ sorveljanza mwettqa mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, it-taħriġ, kif ukoll kunsiderazzjonijiet etiċi u marbuta mal-kondotta fir-rigward tar-rwol tal-membri tat-tim konġunt tal-eżaminazzjoni, fejn xieraq.

Artikolu 5 5

5.   Is-Sorveljant Ewlieni u l-awtoritajiet li jinnominaw għandhom jiżguraw li l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 4 jiġu implimentati, rieżaminati u aġġornati fil-ħin.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit